Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Malti Alfred Sant li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-VAT Exemption Scheme – L-Iskema tal-Eżenzjoni tal-VAT għall-intrapriżi żgħar fl-Unjoni Ewropea kollha. L-iskema taġġorna l-arranġamenti eżistenti għall-intrapriżi żgħar u medji u l-eżenzjoni tagħhom minn ċertu obbligi ta’ VAT li amministrattivament huma ta’ piż għalihom. Is-sistema teżenta wkoll lil SMEs li jibdew jesportaw.

L-emendi ta’ Alfred Sant jagħmluha aktar faċli biex l-intrapriżi joperaw f’ekonomiji żgħar bħal dawk ta’ Malta u Għawdex.  Dawn saħħew aktar il-miżuri misjuba fl-abbozz tal-Kummissjoni biex itaffu l-piżijiet ta’ konformita` fuq intrapriżi żgħar madwar l-UE u biex jgħinuhom jinvolvu ruħhom aktar fil-kummerċ ma’ pajjiżi membri oħra tal-UE permezz tal-estensjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni.

Alfred Sant huwa Shadow Rapporteur għal Grupp tal-S&D fl-ECON.

Il-Kumitat ECON appoġġja l-proposti ta’ Sant li jistipulaw li l-fatturat massimu biss għandu jiġi stabbilit għall-eżenzjoni għal intrapriżi żgħar. Dan għandu jsir għal raġunijiet ta’ flessibilita` u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu limiti minimi xierqa proporzjonali għad-daqs u l-ħtiġijiet tal-ekonomija tagħhom.

Adotta wkoll l-emendi ta’ Alfred Sant favur l-SMEs li jaqbżu l-limitu ffissat għall-eżenzjoni f’sena partikolari. Il-Kummissjoni pproponiet li malli dan iseħħ, l-eżenzjoni tieqaf. Sant ippropona li dan jiġri jekk il-limitu jinqabeż b’sentejn wara xulxin sabiex jiġu miġġielda l-impatti irregolari jew fatturi staġjonali fuq l-intrapriżi.

Ir-rapport mistenni li jiġi diskuss fil-Plenarja fil-Parlament Ewropew f’Settembru.

ENERĠIJA AMERIKANA FLOK DIK RUSSA

L-UE u l-Istati Uniti qablu li jżidu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, l-aktar billi tiżdied l-importazzjoni tal-LNG Amerikan fl-Ewropa u għalhekk titnaqqas ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT FAVUR L-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR FL-UE ADOTTATI FL-ECON

Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Malti Alfred Sant li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni ...
Read More

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ IL-GREĊJA

Il-Kummissjoni Ewropea se ssegwi mill-qrib il-politika fiskali tal-Greċja u ssegwi l-wegħdiet ta' dan il-pajjiż hekk kif fl-20 ta’ Awwissu jintemm ...
Read More

KOOPERAZZJONI AKBAR MAN-NATO

L-UE qed taħdem favur aktar kooperazzjoni man-NATO fil-qasam tal-mobilita` militari permezz ta’ pjan ta’ azzjoni u proġett strutturat ta’ kooperazzjoni ...
Read More

KOOPERAZZJONI AĦJAR BEJN L-UE U L-EĠITTU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Politika ta’ Sigurta` Federica Mogherini u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eġizzjan Sameh Shoukry qablu li ...
Read More

SPANJA L-AKTAR POPOLARI MAL-IMMIGRANTI

Minn Ġunju l-Punent tal-Mediterran sar l-aktar rotta popolari għal immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Skont l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u l-Għassa tal-Kosta ...
Read More

STORJA TA’ SUĊĊESS

L-artist Għawdxi Christopher Saliba stieden lil Alfred Sant iżur il-Gallerija tal-Arti f’ART CUBE, fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex fejn jesebixxi ...
Read More

L-AŻERBAJĠAN EQREB LEJN L-UE

L-UE u l-Ażerbajġan se jiffokaw fuq erba’ oqsma ta’ kooperazzjoni. L-ewwel qasam huwa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u governanza tajba, speċjalment fil-ġlieda ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment