ArticlesInewsmalta

Tad-Deheb

Ir-rizultati ekonomiċi tajba li qed jinkisbu f’Malta jipprovdu opportunità tad-deheb biex jitwettqu ċerti riformi fondamentali f’oqsma ewlenin tal-komunità Maltija. Waqt li jkunu qed isiru, minħabba li l-ekonomija mhix taqa’ lura, anzi bil-maqlub, il-bidliet joħolqu ansjetà ħafna iċken minn fi zminijiet diffiċli. Xorta waħda ma tantx jaqbel li ħidma bħal din titmexxa fuq front wiesa’ zzejjed.

ArticlesInewsmalta

Titjib Sostnut

Anki l-Kummissjoni Ewropea qed taqbel li l-ekonomija Maltija daħlet f’fażi ta’ tkabbir. Mingħajr ma nħallu dan il-fatt jgħammixna, tajjeb li nifhmu kif il-politika ekonomika li qed imexxi l-gvern hi raġuni ewlenija għat-titjib sostnut li jinsab magħna. Hu ta’ inkoraġġiment kbir li n-numru ta’ impjiegi baqa’ jiżdied u li l-indikaturi dwar il-futur juru li t-tkabbir ekonomiku

ArticlesIt-Torca

Il-Problema Tal-Grecja Taqghqad

Il-proċess li bih il-gvern ġdid Grieg qed ifittex li jinnegozja ħalli jinħafer id-dejn kbir li l-Greċja tellgħet fl-aħħar snin mal-pajjiżi taż-żona ewro telaq matul il-ġimgħa. Il-Prim Ministru Tsirpas u l-ministru tal-finanzi Varufakis żaru l-kapitali l-kbar biex jitkellmu mal-mexxejja Ewropej li magħhom iridu jiftehmu. Bħalissa n-naħat differenti qed jesploraw xinhuma t-talbiet li jistgħu jsiru u kif

ArticlesInewsmalta

Burokrazija

Il-gvern qed jagħmel tajjeb li jara kif iqatta’ mill-burokrazija. Hi biċċa xogħol iebsa li niddubita kemm tista’ tirnexxi fi żmien qasir. Min-naħa l-oħra, lanqas irridu nagħtu t-tort għal kull ma jiżgarra fit-tmexxija tal-amministrazzjoni publika lil dawk li jaħdmu fl-uffiċċji tagħha, meta hemm fatturi oħra li joħolqu rebus. Bħall-fatt li ta’ spiss wisq, id-direttivi amministrattivi jinbidlu

ArticlesInewsmalta

Dahla Ghall-Belt

Dwar id-daħla tal-Belt, lest bil-qalb nidher dinosawru. Ma togħġobni xejn. Anqas u anqas nimpressjona ruħi meta nisma’ l-mod assurd kif jipproġettawha l-periti tal-uffiċċju ta’ Piano u forsi l-maestro nnifsu, responsabbli biex jiddisinnjawha. Għalija rnexxielhom ikissru l-karattru ta’ belt kapitali li kienet tissintetizza fil-firxa tagħha l-binjiet arkitetturali ta’ zmienha fl-Ewropa. Dazgur li bil-kuntratti li ħadu għal

ArticlesIt-Torca

GREĊJA KONTRA L-BQIJA?

Beda malajr il-manuvrar dwar it-talba li se jkun qed jagħmel il-gvern ġdid Grieg tas-Siriza biex lill-Greċja tinħafrilha parti sostanzjali mis-self li ngħatalha fl-aħħar snin. Il-ħeffa li biha l-Prim Ministru Tsirpas ifforma l-gvern tiegħu ħasad lil ħafna. Sorpriza akbar kienet l-għazla ta’ ANEL partit zgħir lemini ħafna bħala sieħeb tiegħu fil-gvern. Suppost li bejn ir-radikalizmu xellugi