ArticlesInewsmalta

Delizzji Tradizzjonali

Xi kultant nistħajjel li s-soċjetà Maltija baqgħet tinqasam f’zewġ sezzjonijiet li għandhom perspettivi dwar il-ħajja kompletament differenti minn ta’ xulxin. Ingħidu aħna, fir-rigward tal-passatempi u tad-delizzji li nipprattikaw, sezzjoni tal-poplu tgħozzhom b’fidi għamja fis-siwi tagħhom. Sezzjoni oħra tara l-istess modi ta’ kif tqatta’ l-ħin ħieles bħala antikwati, strambi u f’ċerti kazi anti-soċjali. Ninnota li l-qasma

ArticlesInewsmalta

Interess Nazzjonali

Xi kultant fil-ħajja jkollok tagħmel ċerti għazliet li jinħassu strambi. Anki meta tifhem għaliex trid tagħmilhom u tkun zgur li qed tagħmel tajjeb, xorta jqanqlulek sens ta’ skumdità. Kwistjoni ta’ din ix-xeħta għalija tikkonċerna d-dħul ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji. Minn dawn, kuljum isiru biljuni, hekk kif persuni u kumpaniji u entijiet oħra jixtru u

ArticlesIt-Torca

Lura Lejn Il-Bidu?

Għal min iħares minn barra lejn x’qed jiġri bejn il-Greċja u l-pajjiżi ”sħabha” fiż-żona tal-ewro, l-impressjoni tkun li erġajna ninsabu fil-bidu tal-kriżi tal-ewro mal-ħames snin ilu. F’dak iż-żmien ukoll, il-Greċja kienet f’xifer il-falliment għax il-gvern ma setax jibqa’ jġorr il-piżijiet tad-djun li kien twikka bihom. Minħabba l-kriżi finanzjarja tas-sena 2008, l-imgħaxijiet fuq dawn id-djun kien

ArticlesInewsmalta

Nibqa’ Nghid

Nibqa’ ngħidha. Il-qagħda fil-Libja hi delikata ħafna u anqas ma jsir kliem dwar x’għandu jsir u ma jsirx, aħjar. Il-prudenza għandha titqies bħala l-aqwa regola fiċ-ċirkostanzi. Il-ħbiberija bejn Malta u l-Libja hi magħrufa sew. Irridu nuru li lesti nsostnuha billi nagħmlu kull ma’ jista’ jgħin lill-poplu Libjan jirregola bl-aħjar mod il-problemi enormi li qed jaffaċċja.

ArticlesInewsmalta

Korruzzjoni

Ma kontx waħdi li qiestha sabiħa l-mobilizzazzjoni li seħħet il-ġimgħa li għaddiet ta’ organizzazzjonijiet involuti fl-isport. Ftehmu fuq patt kontra l-korruzzjoni fil-qasam tal-futboll. Rajtha wkoll bħala okkazjoni ironika. Il-futboll għandu importanza. Ħadd ma jiċħadhielu. Imma l-korruzzjoni għandha għeruq eħxen u usa’ minn hekk. Aktar ma jgħaddu s-snin minn fuqi, aktar nifhem kemm hi iebsa l-ġlieda

ArticlesIt-Torca

Inkwiet dwar l-Ukrajna

Matul l-aħħar ġimgħat żdied fost l-Ewropej l-inkwiet dwar l-Ukrajna. Sa fejn se twassal il-gwerra ċivili li għaddejja hemm bl-appoġġ tar-Russi? X’għandha tkun it-tweġiba Ewropea? Sa fejn għandhom iwasslu s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja? Kemm jistgħu l-Ewropej jibqgħu jieħdu passi id f’id mal-Amerikani meta dawn donnhom qed iħejju biex jibgħatu l-armi lill-gvern tal-Ukrajna? Fost l-aktar inkwetata