Newsletter

L-Istati li ma jittollerawx il-libertà tar-reliġjon f’pajjiżhom m’għandhomx jitħallew jippromwovu r-reliġjon tagħhom fl-Ewropa

Waqt li kien qed jindirizza dibattitu plenarju dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà tar-reliġjon jew ta’ twemmin madwar id-dinja, il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant sostna kif l-Unjoni Ewropea għandha tistenna li l-pajjiżi msieħba tagħha jirrispettaw il-libertà tar-reliġjon fit-territorju tagħhom, b'mod partikolari meta dan jikkonċerna liċ-ċittadini Ewropej.