Newsletter

TRATTAMENT PERSONALIZZAT GĦALL‑KANĊER TAS‑SIDER

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li fil-finanzjament għar-riċerka tal-kanċer tas-sider, se tkun qed tikkonċentra fuq il-mediċina personalizzata. Il-Kummissjoni użat ix-xahar ta’ Ottubru, iddedikat għall-għarfien dwar ir-riċerka tal-kanċer tas-sider, biex titkellem dwar l-avvanzi li saru fir-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni tkellmet dwar it-TRANSBIG project. Dan il-proġett qed jipprova jtejjeb l-għaqda bejn ir-riċerka li ssir fil-laboratorju, it-trattament

Newsletter

APPOĠĠ LILL‑KUMPANIJI FIL‑LIBJA

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li kumpaniji milquta f’żoni ta’ gwerra u attivitajiet terroristiċi fil-pajjiżi tal-hekk imsejħa ‘rebbiegħa Għarbija’, inkluż il-Libja, għandhom jingħataw l-istess għajnuna bħal dawk il-kumpaniji li ntlaqtu ħażin bil-globalizzazzjoni. Mhux ġust li ħaddiema ta’ kumpaniji li investew fil-Libja, mhux jingħataw l-istess trattament bħal ħaddiema li qed igawdu mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Newsletter

L‑ISFIDI TAĊ‑ĊITTADINI EWROPEJ

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-isfidi taċ-ċittadini Ewropej jingħelbu wara li jkun sar diskors politiku bla kantunieri, bejn rappreżentanti tal-popli Ewropej. Inkluż li niddiskutu mill-qiegħ l-istrutturi politiċi li bnew ta’ qabilna jekk mhumiex iservu tajjeb lill-Ewropej. L-argumenti favur aktar jew anqas Ewropa iħallu liċ-ċittadini fjakki minn għarfien ta’ x’inhu joħloq l-istaġnar ekonomiku u jġib

Newsletter

IL‑KIRI TAL‑KAROZZI FL‑UE

Il-ħidma tas-suq intern ewropew dan l-aħħar iffukat fuq il-karozzi tal-kiri. Dan għaliex il-kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz kienu qed jiddiskriminaw lil klijenti tagħhom. Minħabba r-residenza tagħhom f’ċertu pajjiżi ewropej, il-klijenti mhux dejjem setgħu jibbenefikaw milli jikru karozza bl-aħjar prezz disponibbli onlajn. Issa, Europcar, Hertz u Aviz wiegħdu li se jevitaw li jiddiskriminaw lill-klijenti tagħhom b’dan

Newsletter

DRAGHI JGĦID LIL SANT LI L‑QGĦAD TAŻ‑ŻGĦAŻAGĦ FL‑EWROPA HUWA SOĊJALMENT INAĊĊETTABBLI

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew, qal li r-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea, hija soċjalment inaċċettabli. Draghi kien qed iwieġeb intervent tal-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant waqt il-Kumitat Monetarju tal-Parlament Ewropew fi Brussell li staqsa wasalx iż-żmien għal rivalutazzjoni strateġika tal-għażliet li jinsabu quddiemna dwar l-iżvilupp futur taż-żona tal-ewro, mhux l-anqas minħabba l-fatt li b’mod konsistenti

Newsletter

ĦXEJJEX U FROTT MAĦLUQA FIL‑LABORATORJI

Għadd ta’ organizzazzjonijiet u produtturi agrikoli jixtiequ li l-Kummissjoni Ewropea tgħaddi tmien varjetajiet ta’ frott u ħxejjex magħmulin fil-laboratorju biex jibdew jinbigħu fis-suq ewropew. Jekk ikunu awtorizzati dawn se jintużaw għall-importazzjoni u għall-ipproċessar, għal konsum uman u dak tal-bhejjem. Dawn il-produtturi u organizzazzjonijiet kienu qed jittamaw li l-awtorizzazzjoni tingħatalhom mill-President tal-Kummissjoni Manuel Barroso qabel ma