Newsletter

NEGOZJU U INNOVAZZJONI

Boston Consulting Group ippubblikat il-lista ta’ l-iktar 50 kumpaniji madwar id-dinja li huma innovattivi. Mill-pajjiżi kollha ewropej, il-Ġermanja biss għandha żewġ kumpaniji li rnexxielhom jidħlu fl-ewwel 20 post ta’ din il-lista. Dawn huma s-Siemens fil-15-il post u l-BMW fit-18-il post. Il-Kumpanija Apple ġiet fl-ewwel post. Is-settur tal-hi-tech huwa l-iktar settur li sejjer tajjeb. Filfatt sebgħa

Newsletter

L‑GĦAJNUNA UMANITARJA LIS‑SUDAN T’ISFEL

Is-Sudan t’Isfel waħdu kiseb 38% tal-għajnuna umanitarja tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea waħedha tat €130 miljun mill-baġit tagħha għal din il-kriżi. Il-Parlament Ewropew ikkundanna l-vjolenza f’dal-pajjiż, li diġà wasslet għall-qtil ta’ 10,000 persuna, 1.4 miljun li telqu mill-villaġġi tagħhom u 3.8 miljun jgħixu f’kundizzjonijiet mill-agħar. Alfred Sant, li vvota favur din l-għajnuna dwar is-sitwazzjoni umanitarja

Newsletter

TRATTAMENT PERSONALIZZAT GĦALL‑KANĊER TAS‑SIDER

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li fil-finanzjament għar-riċerka tal-kanċer tas-sider, se tkun qed tikkonċentra fuq il-mediċina personalizzata. Il-Kummissjoni użat ix-xahar ta’ Ottubru, iddedikat għall-għarfien dwar ir-riċerka tal-kanċer tas-sider, biex titkellem dwar l-avvanzi li saru fir-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni tkellmet dwar it-TRANSBIG project. Dan il-proġett qed jipprova jtejjeb l-għaqda bejn ir-riċerka li ssir fil-laboratorju, it-trattament

Newsletter

APPOĠĠ LILL‑KUMPANIJI FIL‑LIBJA

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li kumpaniji milquta f’żoni ta’ gwerra u attivitajiet terroristiċi fil-pajjiżi tal-hekk imsejħa ‘rebbiegħa Għarbija’, inkluż il-Libja, għandhom jingħataw l-istess għajnuna bħal dawk il-kumpaniji li ntlaqtu ħażin bil-globalizzazzjoni. Mhux ġust li ħaddiema ta’ kumpaniji li investew fil-Libja, mhux jingħataw l-istess trattament bħal ħaddiema li qed igawdu mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Newsletter

L‑ISFIDI TAĊ‑ĊITTADINI EWROPEJ

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-isfidi taċ-ċittadini Ewropej jingħelbu wara li jkun sar diskors politiku bla kantunieri, bejn rappreżentanti tal-popli Ewropej. Inkluż li niddiskutu mill-qiegħ l-istrutturi politiċi li bnew ta’ qabilna jekk mhumiex iservu tajjeb lill-Ewropej. L-argumenti favur aktar jew anqas Ewropa iħallu liċ-ċittadini fjakki minn għarfien ta’ x’inhu joħloq l-istaġnar ekonomiku u jġib

Newsletter

IL‑KIRI TAL‑KAROZZI FL‑UE

Il-ħidma tas-suq intern ewropew dan l-aħħar iffukat fuq il-karozzi tal-kiri. Dan għaliex il-kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz kienu qed jiddiskriminaw lil klijenti tagħhom. Minħabba r-residenza tagħhom f’ċertu pajjiżi ewropej, il-klijenti mhux dejjem setgħu jibbenefikaw milli jikru karozza bl-aħjar prezz disponibbli onlajn. Issa, Europcar, Hertz u Aviz wiegħdu li se jevitaw li jiddiskriminaw lill-klijenti tagħhom b’dan