Newsletter

Suq tal-pagamenti aktar integrat u effiċjenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea

L-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Alfred Sant qal li filwaqt li l-hekk imsejjaħ Regolament SEPA jservi bħala l-pedament għaż-żona unika tal-ħlas tal-ewro, l-aġġornament tiegħu biex jakkomoda trasferimenti ta’ kreditu instantanji f’ewro jirrifletti kif qed jinbidlu s-sistemi tal-ħlasijiet. Fl-istess ħin, dan l-aġġornament jippromwovi l-innovazzjoni, l-iżvilupp tas-suq, u żieda fil-kompetizzjoni,

Newsletter

Sant jiddeskrivi lill-Unjoni tas-Swieq Kapitali bħala s-Sinderella tal-politika tal-UE

Waqt konferenza dwar is-Servizzi Finanzjarji Ewropej li saret fl-Awditorju BNP Paribas ta’ Brussell, l-eks Prim Ministru Alfred Sant ikkummenta dwar ir-riżultati miksuba mill-Unjoni Ewropea fit-tnedija ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali fl-Ewropa. Huwa sostna li l-progress mexa b’ritmu kajman ħafna u waqaf ħabta u sabta. Huwa ddeskriva lill-Unjoni tas-Swieq Kapitali bħala s-Sinderella tal-policies ewlenin Ewropej fl-unjoni ekonomika

Newsletter

Sant jappella biex l-Iskema Ewropea tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti tidħol fis-seħħ f’qasir żmien

Fl-intervent tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tal-Unjoni Bankarja għall-2023 fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), l-eks Prim Ministru Alfred Sant enfasizza dwar in-nuqqas ta’ direzzjoni biex ikun deċiż dwar l-implimentazzjoni ta’ policies tal-banek Ewropej. “Eżempju ċar ta’ dan huwa t-trattament marbut mat-tnaqqis tar-rabta bejn id-dejn sovran u l-banek. Minkejja l-approċċ ġenerali huwa wieħed korrett,

Vote during a European Parliament plenary session in Strasbourg
Newsletter

Stati Membri newtrali ma jistgħux isegwu politika ta’ difiża li tikkontradixxi l-istatus tagħhom – Alfred Sant

Fl-intervent tiegħu fuq Rapport dwar l-irwol tal-Parlament Ewropew u d-diplomazija parlamentari tiegħu fil-politika barranija u ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropea, l-eks Prim Ministru Alfred Sant saħaq li biex il-politika tal-Parlament Ewropew fuq affarijiet internazzjonali tkun waħda rilevanti ma tistax tkun simili għal dik ta’ nazzjon. “Dan japplika aktar u aktar fir-rigward ta’ politika Ewropea ta’ difiża

Newsletter

Il-proċess għat-twettiq ta’ DORA jidher li miexi b’rimtu tajjeb – Alfred Sant

Waqt forum li sar fi Brussell dwar l-implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Reżiljenza Operattiva Diġitali (DORA), l-eks Prim Ministru Alfred Sant qal li d-Direttiva ġabret flimkien salvagwardji obbligatorji u preskrittivi ġodda fis-Servizzi finanzjarji Ewropej. Dawn jinkludu n-negozji finanzjarji żgħar u medji, il-fornituri tal-pensjoni u l-fornituri ta’ servizzi terzi. B’riżultat ta’ din id-Direttiva, miżuri u proċeduri speċifiċi se

Newsletter

Baqgħu għaddejjin diskussjonijiet kontinwi dwar l-Att dwar il-Listing

Bħala n-negozjatur għall-Parlament Ewropew Alfred Sant mexxa d-delegazzjoni tal-Parlament fin-negozjati fuq il-pakkett ta’ liġijiet dwar il-Listing Act li nżammu fid-29 ta’ Jannar. Din kienet it-tielet laqgħa tat-trialogu bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Għall-ewwel darba, in-naħa tal-Kunsill kienet immexxija mill-presidenza Belġjana. Sadattant, matul l-aħħar xahrejn, negozjati tekniċi kienu għaddejja kontinwament bejn it-tliet partijiet.