Newsletter

Sant: L-inċentivi pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali lill-banek li jkunu fallew finanzjarjament jistgħu jwasslu għal użu anqas favorevoli tal-fondi pubbliċi

Waqt skambju ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni bankarja fl-Ewropa, fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Alfred Sant innota kif il-banek inġenerali, biex jitħallew imexxu n-negozju tagħhom, ikollhom josservaw ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji mitqiesa bħala ta’ kwalità tajba, li jkollhom iżommu għal-lest (MREL).

Newsletter

Is-sidien tad-djar m’għandhomx iġorru l-piż tal-ispejjeż eċċessivi tal-bini li jkun effiċjenti għall-enerġija

L-eks Prim Ministru Alfred Sant ivvota kontra l-abbozz tar-rapport tal-Parlament Ewropew ‘Cuffe’ li jistabbilixxi standards ogħla għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini. Huwa faħħar l-għan tal-Unjoni li toħloq stokk tal-bini li huwa effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u ħieles mill-karbonju, għan li hu vitali fuq perspettiva tat-tul. Madanakollu, Sant saħaq li l-miri għoljin wisq li qed jiġu proposti se jaffettwaw b’mod negattiv lis-sidien tad-djar b’mod inaċċettabbli.

Newsletter

Ħtieġa ta’ soluzzjonijiet aċċettabbli għall-partijiet kollha fil-konfilitt tal-Palestina

Waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar il-prospetti għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-Iżrael u l-Palestina, l-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni tas-S&D tal-Partit Laburista Alfred Sant enfasizza li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati bl-Iżrael u bil-Palestina sovrani jgħixu flimkien f’armonija tibqa’ s-soluzzjoni waħdanija u “ġusta” tat-tul għall-kunflitt tal-Palestina.

Newsletter

Alfred Sant: Karatteristiċi fl-operat tal-Parlament Ewropew jipprovokaw il-korruzzjoni

Fl-intervent tiegħu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar l-iskandlu ta’ korruzzjoni li ħalla impatt negattiv fuq is-sisien tal-Parlament, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Grupp Soċjalista u Demokratiku (S&D) Alfred Sant iddikjara li l-kriżi qamet “mhux sempliċiment għax kienet ipprovokata minn barra… Qamet ukoll għaliex oġġettivament, karatteristiċi fl-operat tal-Parlament Ewropew jistiednu tali provokazzjoni, u jsibu rispons fost xi wħud minna”.