Newsletter

Skambju ta’ fehmiet dwar l-istandards tal-kontabilità u r-rappurtaġġ tas-sostenibbiltà fl-Ewropa

Waqt skambju ta’ fehmiet dwar l-istandards għar-rappurtaġġ tal-kontabilità u s-sostenibbiltà fl-Ewropa fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew fi Brussell, l-eks Prim Ministru Alfred Sant irrikonoxxa li hi vitali li fil-proċess ta’ kif jiġu ssettjati l-istandards, ikun hemm l-involviment ta’ dawk kollha li b’xi mod se jużawhom. L-iskambju ta’ fehmiet kien bejn il-Membri tal-Kumitat

Newsletter

Il-kolpi ta’ stat fl-Afrika qed jimmoltiplikaw dan l-aħħar – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru u MPE Laburista Alfred Sant innota li għal deċennji l-Ewropa ħadet il-kontinent Afrikan “for granted”. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Afrika ċ-ċittadini Ewropej huma mħassba sew. Għandhom biex. “L-Ewropej kienu inkwetaw ukoll meta ċ-Ċina kienet qed twettaq proġetti kbar f’pajjiżi Afrikani u meta l-preżenza militari tar-Russja fl-Afrika kienet qed tiżdied. Madanakollu, il-kolpi ta’ stat

Newsletter

L-Att dwar il-Listing hija kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant innota li l-ħidma teknika u politika fuq il-Listing Act li għaliha huwa rapporteur għall-Parlament Ewropew se twassal għal proċeduri aktar faċli u inċentivi għan-negozji żgħar u medji Ewropej li joffru ishma lill-pubbliku. Madanakollu, dan mhux se jkun faċli minħabba li din mhix biss problema teknika iżda teħtieġ bilanċ bejn ir-regolamenti

Newsletter

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni ma rnexxilux jikkonvinċi lill-elettorat – Alfred Sant

Fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-President Ursola von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023, l-eks Prim Ministru Alfred Sant enfasizza li fuq tliet kwistjonijiet kruċjali d-diskors naqas milli jindirizza b’mod adegwat it-tħassib tan-nies: l-inflazzjoni; l-inċertezzi li qed jinħolqu mill-gwerra fl-Ukrajna; u l-konsegwenzi soċjali tal-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa sostna li Mme von der Leyen donnha qed tinjora

Newsletter

Malta m’għandhiex iġġedded is-sħubija tagħha fil-Partnership for Peace tan-NATO – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru u Membru Parlamentati Ewropew Laburista Alfred Sant iffirma ittra indirizzata lill-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela biex ma jġeddidx is-sħubija ta’ Malta fil-Partnership for Peace tan-NATO. Bosta personalitajiet oħra ffirmaw din l-istqarrija pubblika fosthom il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Partnership for Peace (PfP) huwa programm ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn in-NATO u l-pajjiżi

Newsletter

Il-prospetti tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-Ukrajna u t-Turkija

L-eks Prim Ministru Alfred Sant esprima riżervi dwar il-possibbiltà li t-Turkija u l-Ukrajna jsiru membri tal-Unjoni Ewropea. Talanqas jekk din tibqa’ skont il-perspettivi u regoli li qed tħaddan bħalissa, huwa sostna. Alfred Sant innota kif l-Unjoni Ewropea żmien twil ilu wegħdet lit-Turkija li se tiffavorixxi d-dħul tagħha bħala Stat Membru. Madanakollu, meta t-Turkija għamlet kif