I voted in favour of the motion but would like to condition it with the following observations:
A banking union should serve to create transparency of operations across banks in the union while shielding national governments from the burden of bailouts should their big banks collapse.
Theoretically, all banks would need to be treated equally, subject to the particular conditions of their national economic environment.
However, the Resolution Authority will inevitably be coloured by political considerations of a multilateral nature, as is happening now in the European Central Bank.
Quite likely, the political dynamics of the Resolution Authority will hardly be different from those of the eurogroup when say the latter was dealing with Southern European countries.
Not all banks will be equal.
Least able to counter such considerations will be the banking systems of medium to small member states, especially in economies where financial services have become a significant sector.
We need to ensure that smaller banks within the smaller economies do not become more risk averse by inhibiting their exposure to financial services in their national economy, and more importantly when lending to smes, while becoming less competitive.

Maltese Version

Ivvotajt favur il-mozzjoni imma nixtieq nikkondizzjona l-vot b’dawn l-osservazzjonijiet:
Unjoni Bankarja għandha sservi biex toħloq trasparenza dwar il-ħidmiet tal-banek fl-unjoni waqt li tħares lill-gvernijiet nazzjonali mill-piżijiet ta’ salvataġġi finanzjarji li jkollhom iġorru jekk jikkollassaw il-banek il-kbar tagħhom.
Fit-teorija, il-banek jeħtieġ li kollha jiġu trattati bl-istess mod, skont il-kondizzjonijiet partikolari tal-ambjent ekonomiku nazzjonali tagħhom.
Madankollu, l-Awtorità ta’ Reżoluzzjoni żgur se tħoss l-effetti ta’ pressjonijiet politiċi li jiġu minn diversi nħawi, kif qed jiġri bħalissa fil-Bank Ċentrali Ewropew.
X’aktarx li d-dinamika politika tal-Awtorità tar-Reżoluzzjoni se tispiċċa ftit differenti minn dik tal-eurogroup meta per eżempju, dan kien qed jittratta mal-pajjiżi tal-Ewropa tas-sud.
Mhux il-banek kollha se jkunu ugwali.
L-anqas li se jkunu kapaċi li jlaħħqu ma’ dawn l-aspetti se jkunu s-sistemi bankarji tal-pajjiżi ta’ daqs mezzan jew ċkejken, speċjalment f’ekonomiji fejn is-servizzi finanzjarji saru qasam importanti.
Jeħtieġ niżguraw li l-banek iż-żgħar fl-ekonomiji ż-żgħar ma jsirux aktar timidi quddiem is-sogru tal-investiment, billi waqt li jiġu anqas kompettitivi, inaqqsu l-ħidma tagħhom fis-servizzi finanzjarji fl-ekonomija nazzjonali tagħom, u ħaġa aktar importanti, inaqqsu mis-self lil kumpaniji ta’ daqs ċkejken jew medju.

Facebook Comments

Post a comment