Question for written answer
to the Commission
Rule 130
Alfred Sant (S&D)

Date: 17-04-2015

P-006227/2015

Question:
Written Question E-010368-14, submitted on 8 December 2014, remains unanswered at the time of tabling this follow-up question. In it we we asked the following:
‘With regard to Directive 2009/148/EC of 30 November 2009 on the protection of workers from the risks related to exposure to asbestos at work, and with regard to the well-known health risks of asbestos:
1. Why has the Commission taken almost 20 years, from the first partial move in 1995, to finish moving its employees out of the Jean Monnet building in Luxembourg in spite of the confirmed presence of asbestos?
2. How many cases of asbestos exposure have been recognised as professional illnesses among Commission employees stationed in the Jean Monnet building?
3. Has a definite date been set by which the Commission plans to have moved all of its employees out of the Jean Monnet building?’
Could the Commission therefore now reply to this Written Question and explain why it has taken so long to draft a reply on a matter that is fully within its administrative power?

Answer given by Vice-President Georgieva on behalf of the Commission
The Commission would refer the Honourable Member to its answer to written question E-010368/2014(1).
The Commission highly regrets that for purely administrative reasons the reply to Parliamentary Question E-010368/2014 could not reach earlier the Honourable Member.

Maltese Version

Suġġett: Segwitu għall-mistoqsija ta’ prijorità E-010368-14 dwar “Il-preżenza tal-asbetos f’binja tal-Kummissjoni”
Il-Mistoqsija bil-Miktub E-010368-14, imressqa fit-8 ta’ Diċembru 2014, għadha ma tweġbitx meta tressqet din il-mistoqsija ta’ segwitu. F’din il-mistoqsija saqsejna dan li ġej:
“B’kunsiderazzjoni tad-Direttiva 2009/148/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol, kif ukoll fid-dawl tal-fatt li l-asbestos jirrappreżenta riskji għas-saħħa li huma magħrufa:
1. Il-Kummissjoni għalfejn damet kważi 20 sena, mill-ewwel ġarr parzjali fl-1995, biex tikkompleta l-ħruġ tal-impjegati tagħha mill-binja Jean Monnet fil-Lussemburgu, minkejja l-preżenza kkonfermata tal-asbestos?
2. Kemm huma l-każijiet ta’ espożizzjoni għall-asbestos li ġew rikonoxxuti bħala mard okkupazzjonali fost l-impjegati tal-Kummissjoni stazzjonati fil-binja Jean Monnet?
3. Ġiet stabbilita data definita sa meta l-Kummissjoni biħsiebha tkun ħarġet l-impjegati kollha tagħha mill-binja Jean Monnet?”
Il-Kummissjoni tista’ għalhekk issa twieġeb din il-Mistoqsija bil-Miktub u tispjega għaliex damet daqshekk biex tagħti tweġiba dwar kwistjoni li hija għalkollox fi ħdan is-setgħa amministrattiva tagħha?

Tweġiba mogħtija mill-Viċi President Georgieva f’isem il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija bil-miktub bin-numru ta’ referenza E-010368/2014(1).
Il-Kummissjoni jiddispjaċiha ħafna li għal raġunijiet purament amministrattivi it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari E-010368/2014 ma setgħetx tasal qabel għand l-Onorevoli Membru.

Facebook Comments

Post a comment