Subject: Social and Labour rights in public contracts concluded by the Commission

Question(s)

The Commission uses public contracts to buy in goods and services. In this regard:

• How is the Commission planning to assure that third parties providing it with goods and services respect the applicable obligations in the fields of social and labour requirements established by Union law, national law, and collective agreements, as outlined in Directive 2014/24/EU on public procurement?

• Are such requirements being included in public contracts issued by the Commission?

EN – Answer given by Vice-President Georgieva on behalf of the Commission (17.7.2015)

In its legislative proposal COM(2014)358, the European Commission has proposed to align the procurement rules applied by the European institutions on the new Directives on public procurement and concessions. The proposal is currently in discussion with Council and Parliament and it is planned to enter into force on 01/01/2016.

The Commission intends to include compliance with applicable obligations as regards social and labour requirements established by EU law, national law and collective agreements as part of the minimum requirements in its calls for tenders. In addition, the Commission will use the European Single Procurement Document (ESPD) as provided for under Article 67 of the new Directive.

The contracts issued by the Commission currently require compliance with applicable law in general. This provision will be reinforced accordingly when the new legislation enters into force.

Maltese Version – E-007769/2015

Suġġett: Drittijiet soċjali u tax-xogħol f’kuntratti pubbliċi konklużi mill-Kummissjoni

Kummissjoni tuża kuntratti pubbliċi biex tixtri prodotti u servizzi.
1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura li partijiet terzi li jipprovduha bi prodotti u servizzi jirrispettaw l-obbligi applikabbli fir-rigward tar-rekwiżiti soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali u l-ftehimiet kollettivi, kif definit fid-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku?
2. Dawn ir-rekwiżiti huma inklużi f’kuntratti pubbliċi maħruġa mill-Kummissjoni?

Tweġiba mogħtija mill-Viċi President Georgieva f’isem il-Kummissjoni

Fil-proposta leġiżlattiva tagħha COM(2014)358, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tallinja r-regoli tal-akkwist applikati mill-istituzzjonijiet Ewropej mad-Direttivi ġodda dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet. Il-proposta tinsab attwalment taħt diskussjoni mal-Kunsill u l-Parlament u hija ppjanata li tidħol fis-seħħ fl-01/01/2016.
Il-Kummissjoni bi ħsiebha tinkludi l-konformità mal-obbligi applikabbli fir-rigward tar-rekwiżiti soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-UE, il-liġi nazzjonali u l-ftehimiet kollettivi bħala parti mir-rekwiżiti minimi fis-sejħiet tagħha għall-offerti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tuża d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (DEUA) kif previst taħt l-Artikolu 67 tad-Direttiva l-ġdida.
Il-kuntratti maħruġa mill-Kummissjoni bħalissa jeħtieġu li jkunu konformi mal-liġi applikabbli b’mod ġenerali. Din id-dispożizzjoni ser tiġi msaħħa kif jixraq meta l-leġiżlazzjoni l-ġdida tidħol fis-seħħ.

Facebook Comments

Post a comment