Il-Belġju għażel li jixtri ajruplani tal-ġlied Amerikani flok dawk Ewropej, għażla li tat daqqa ta’ ħarta lill-industrija tal-gwerra Ewropea li t-tir tagħha huwa li tibni t-tagħmir tad-difiża fuq art Ewropea stess.  L-UE bdiet issaħħaħ l-istrateġija ta’ difiża tagħha minn wara l-Brexit u l-ħatra tal-President Donald Trump.

Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel ipprova jikkalma l-kritiċi tad-deċiżjoni tiegħu billi qal li pajjiżu se jixtri wkoll drones, frejġati, vetturi u tagħmir ieħor tal-gwerra “fi ħdan il-qafas tan-NATO u d-difiża Ewropea.”

“L-ajruplani u d-drones huma Amerikani, it-tagħmir l-ieħor huwa Ewropew,” qal Michel.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Belġjan Didier Reynders qal li l-offerta tal-Istati Uniti kienet aħjar fil-prezz u aħjar ukoll mil-lat operazzjonali.

B’din l-għażla l-konsorzju Ewropew li jinkludi kumpaniji minn diversi pajjiżi Ewropej baqa’ b’ħalqu xott.

Skont figuri tal-Pentagon l-Amerikani biegħu globalment mat-320 fighter jets F-35 kemm fl-Istati Uniti stess, kif ukoll fost oħrajn lil Israel u r-Renju Unit u issa anki lil Belġju.

MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI

Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se tipprova ssib oqsma fit-taxxa fejn id-deċiżjonijiet dwarhom tkun tista’ toħodhom b’maġġoranza kwalifikata minflok b’vot unanimu ...
Read More

IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’

L-Istati Ewropej għandhom ikeċċu is-618, 780 immigrant li l-Kummissjoni Ewropea qalet li huma ‘illegali’ u li qegħdin fl-Ewropa. Il-Mexxej Babis ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER  TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni għal baġit anwali tal-2019 li tinkludi proposti tal-MEP Alfred Sant li jinvokaw attenzjoni speċjali għall-gżejjer tal-Unjoni ...
Read More

IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI

Il-Belġju għażel li jixtri ajruplani tal-ġlied Amerikani flok dawk Ewropej, għażla li tat daqqa ta’ ħarta lill-industrija tal-gwerra Ewropea li ...
Read More

PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI

Il-Parlament Ewropew ma għandux jippermetti proċeduri politiċizzati li permezz tagħhom jiġu investigati allegazzjonijiet ta' ksur ta’ valuri fundamentali fl-Istati Membri ...
Read More

KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI

Il-Parlament Brittaniku ippreżenta leġiżlazzjoni li twassal biex il-pajjiż jerġa’ jikseb lura is-sovranita` tal-ibħra tiegħu. Ir-Renju Unit kien diġa` wera d-direzzjoni ...
Read More

JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR

Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea għandhiex pjanijiet biex issegwi fil-qrib l-investigazzjoni tal-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru ...
Read More

L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA

Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment