Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi għadd ta’ miżuri biex titwaqqaf l-immigrazzjoni mil-Libja. Il-miżuri jinkludu tisħiħ tal-fruntieri tas-sud tal-Libja, taħriġ għal gwardji tal-kosta u għajnuna lill-pajjiżi ġirien tal-Libja bħat-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu. Il-Kummissjoni allokat €200 miljun għal dan il-għan. Dan wara li fl-2016 fl-Italja wasal in-numru rekord ta’ 181, 000 immigrant.

Is-sena l-oħra 5, 000 persuna mietu mgħarrqa fil-Mediterran. Mad-90% tal-immigranti jitilqu mil-Libja u ħafna minn dawn l-imwiet seħħew fl-ibħra territorjali Libjani. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li l-awtoritajiet Libjani jeħtieġ li jwaqqfu din is-sitwazzjoni. Hi wriet it-tħassib tagħha li l-miljuni allokati għat-taħriġ tal-gwardji tal-kosta Libjani jisparixxi mingħajr kontroll.

Is-sitwazzjoni politika fil-Libja għadha instabbli. Mogherini qalet li l-koperazzjoni mal-awtoritajiet Libjani qed isseħħ permezz tal-Prim Ministru Fayez al-Sarraj u mal-awtoritajiet lokali Libjani li għandhom konnessjoni diretta mal-poplu Libjan. Il-Kummissarju Ewropew għall-immigrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-UE qal li djalogu mal-Libja għadu diffiċli u s-sitwazzjoni għadha kkumplikata.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li trid issaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikanti tal-bnedmin iżda qalet ukoll li mal-Libja mhux se tagħmel arranġament simili bħal dak li sar mat-Turkija. Dan għaliex fil-fehma tagħha s-sitwazzjonijiet mhux komparabbli.

META L-ISTABBILITA` FIL-LIBJA?

L-UE aċċettat stedina tal-Ġnus Magħquda, l-Għaqda Afrikana u l-Lega Għarbija biex flimkien isegwu l-proċess għan-normalizzazzjoni fil-Libja bl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien. Dan ...
Read More

JIPPRUVAW IWAQQFU L-IMMIGRAZZJONI MILL-AFRIKA TA’ FUQ

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi għadd ta’ miżuri biex titwaqqaf l-immigrazzjoni mil-Libja. Il-miżuri jinkludu tisħiħ tal-fruntieri tas-sud tal-Libja, taħriġ għal gwardji ...
Read More

BOTTA DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI TA’ TRUMP

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew wissa kontra l-kontroll tas-settur finanzjarju u l-għeluq tal-fruntieri tal-kummerċ f’dik li qed tiġi interpretata ...
Read More

IL-PATT FISKALI GĦANDU JKUN DISKUSS MILL-ĠDID FIL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Il-Parlamenti Nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona ewro għandhom jiddiskutu mill-ġdid il-Patt Fiskali u janalizzaw l-impatt reali tiegħu b’mod demokratiku qabel isir parti ...
Read More

MHUMIEX INKWETATI DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

L-Istituzzjonijiet Ewropej qalu li ma hemmx raġuni għat-tħassib dwar il-vijabilita` tad-dejn Grieg wara li ġie żvelat dokument intern tal-Fond Monetarju ...
Read More

AKTAR KONTROLLI BEJN IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA

Waqt li kien f’Malta il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Thomas de Maiziere qal li jixtieq jestendi l-kontrolli tal-Ġermanja fuq il-fruntiera mal-Awstrija. Għadd ...
Read More

MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI L-UE TKUN PARALIZZATA

Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici qal li mingħajr id-dimensjoni soċjali, l-Unjoni Monetarja u Ekonomika tkun paralizzata. Moscovici stqarr ...
Read More

FAVUR L-ESTENZJONI TAS-SANZJONIJIET RUSSI

Bosta Ministri Ewropej huma favur li jkunu estiżi s-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja wara l-ġlied tal-ġimgħa l-oħra bejn l-Ukreni u s-separatisti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment