L-UE aċċettat stedina tal-Ġnus Magħquda, l-Għaqda Afrikana u l-Lega Għarbija biex flimkien isegwu l-proċess għan-normalizzazzjoni fil-Libja bl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien. Dan sar magħruf waqt laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE li matulha l-Unjoni qalet li lesta żżid il-kooperazzjoni ekonomika mal-Libja.

‘Aħna lesti insegwu l-proċess biex ngħinu jkun hemm l-għaqda fil-Libja. Aħna ma rridux nimponu soluzzjonijiet. Il-kwistjoni tas-sovranita` hija kruċjali għal-Libjani’, stqarret Federica Mogherini nhar it-Tnejn fi tmiem il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.

Il-Ministri qablu li jkun hemm forza armata waħda fil-Libja taħt it-tmexxija tal-awtoritajiet ċivili, waqt li saħqu li ma teżistix soluzzjoni militari għall-konflitt. Intqal li l-UE kienet lesta tistudja l-possibilta` li tappoġġja l-Gwardja Presidenzjali fil-Libja. Franza u l-Italja diġa` huma involuti fit-taħriġ tal-Gwardja Libjana.

‘Il-Libja trid tkun magħquda mil-Lvant għall-Punent.  Il-mistoqsija kruċjali hi kif il-Ġeneral Khalifa Haftar ikun integrat fil-Gvern Libjan”, stqarr Boris Johnson. Jean Asselborn għal-Lussemburgu qal li mingħajr Haftar ma jkunx hemm stabbilita`. Haftar inħatar kap tal-Armata fil-Libja, b’armata ta’ 4000 suldat. Iżda Haftar baqa’ jirrifjuta li jopera taħt awtorita` ċivili.

L-istabbilita` fil-Libja hija wġigħ ta’ ras għall-kommunita` internazzjonali.  Diġa` rajna l-gruppi estremisti jimlew il-vojt li ħalliet it-tmexxija ta’ Gaddafi. Dal-ġens jixraqlu l-għajnuna kollha biex jikseb l-istabbilita` li tant hija meħtieġa għall-popli qribu u għall-kontinent Ewropew.

META L-ISTABBILITA` FIL-LIBJA?

L-UE aċċettat stedina tal-Ġnus Magħquda, l-Għaqda Afrikana u l-Lega Għarbija biex flimkien isegwu l-proċess għan-normalizzazzjoni fil-Libja bl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien. Dan ...
Read More

JIPPRUVAW IWAQQFU L-IMMIGRAZZJONI MILL-AFRIKA TA’ FUQ

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi għadd ta’ miżuri biex titwaqqaf l-immigrazzjoni mil-Libja. Il-miżuri jinkludu tisħiħ tal-fruntieri tas-sud tal-Libja, taħriġ għal gwardji ...
Read More

BOTTA DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI TA’ TRUMP

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew wissa kontra l-kontroll tas-settur finanzjarju u l-għeluq tal-fruntieri tal-kummerċ f’dik li qed tiġi interpretata ...
Read More

IL-PATT FISKALI GĦANDU JKUN DISKUSS MILL-ĠDID FIL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Il-Parlamenti Nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona ewro għandhom jiddiskutu mill-ġdid il-Patt Fiskali u janalizzaw l-impatt reali tiegħu b’mod demokratiku qabel isir parti ...
Read More

MHUMIEX INKWETATI DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

L-Istituzzjonijiet Ewropej qalu li ma hemmx raġuni għat-tħassib dwar il-vijabilita` tad-dejn Grieg wara li ġie żvelat dokument intern tal-Fond Monetarju ...
Read More

AKTAR KONTROLLI BEJN IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA

Waqt li kien f’Malta il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Thomas de Maiziere qal li jixtieq jestendi l-kontrolli tal-Ġermanja fuq il-fruntiera mal-Awstrija. Għadd ...
Read More

MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI L-UE TKUN PARALIZZATA

Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici qal li mingħajr id-dimensjoni soċjali, l-Unjoni Monetarja u Ekonomika tkun paralizzata. Moscovici stqarr ...
Read More

FAVUR L-ESTENZJONI TAS-SANZJONIJIET RUSSI

Bosta Ministri Ewropej huma favur li jkunu estiżi s-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja wara l-ġlied tal-ġimgħa l-oħra bejn l-Ukreni u s-separatisti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment