Il-Parlamenti Nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona ewro għandhom jiddiskutu mill-ġdid il-Patt Fiskali u janalizzaw l-impatt reali tiegħu b’mod demokratiku qabel isir parti mit-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista Alfred Sant li saħaq li l-Patt Fiskali ma solviex il-problemi tal-pajjiżi fiż-żona ewro. Dr Sant kien qed jindirizza d-diskussjoni “Il-Patt Fiskali bħala parti mit-twettiq tal-politika ekonomika nazzjonali” li saret matul il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea għall-2017. Din id-diskussjoni laqqgħet flimkien Membri Parlamentari mill-Unjoni Ewropea kollha biex jiddiskutu l-ekonomija, il-baġits u l-affarijiet soċjali mal-Membri tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Unjoni, li inkludew ukoll il-Presidenza Maltija.

Dr Sant qal li r-rappreżentanti nazzjonali tal-pajjiżi tal-Unjoni għandhom jiflu l-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni tar-regoli tal-infiq tal-Patt. Għandhom janalizzaw il-kompatibilita` tal-għanijiet tal-Patt Fiskali ma’ kriterji oħra mħaddna mill-Unjoni biex jagħtu spinta lill-investimenti pubbliċi.

“Qabel niddeċiedu ninkludux il-Patt Fiskali fit-trattati tal-Unjoni, u minkejja dan il-pass, għandna nistaqsu lilna nfusna mistoqsijiet diffiċli. Mal-Parlamenti Nazzjonali għandna noħolqu diskussjoni, djalogu, dwar it-tifsira reali tar-riżultati li qed jinkisbu mill-patt fiskali. Ir-regoli tiegħu verament qed iservu biex insalvaw iż-żona ewro? Għadhom rilevanti llum fil-forma preżenti tagħhom?” staqsa Dr Sant.

L-Ewroparlamentari Malti qal li l-ftehim tal-Patt Fiskali ġie ffirmat f’sitwazzjoni ekonomika u kuntest politiku differenti minn tal-lum u bi ftit dibattitu pubbliku.

Segwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link : –

https://www.youtube.com/watch?v=gLtkB7KFRwo

 

META L-ISTABBILITA` FIL-LIBJA?

L-UE aċċettat stedina tal-Ġnus Magħquda, l-Għaqda Afrikana u l-Lega Għarbija biex flimkien isegwu l-proċess għan-normalizzazzjoni fil-Libja bl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien. Dan ...
Read More

JIPPRUVAW IWAQQFU L-IMMIGRAZZJONI MILL-AFRIKA TA’ FUQ

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi għadd ta’ miżuri biex titwaqqaf l-immigrazzjoni mil-Libja. Il-miżuri jinkludu tisħiħ tal-fruntieri tas-sud tal-Libja, taħriġ għal gwardji ...
Read More

BOTTA DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI TA’ TRUMP

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew wissa kontra l-kontroll tas-settur finanzjarju u l-għeluq tal-fruntieri tal-kummerċ f’dik li qed tiġi interpretata ...
Read More

IL-PATT FISKALI GĦANDU JKUN DISKUSS MILL-ĠDID FIL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Il-Parlamenti Nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona ewro għandhom jiddiskutu mill-ġdid il-Patt Fiskali u janalizzaw l-impatt reali tiegħu b’mod demokratiku qabel isir parti ...
Read More

MHUMIEX INKWETATI DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

L-Istituzzjonijiet Ewropej qalu li ma hemmx raġuni għat-tħassib dwar il-vijabilita` tad-dejn Grieg wara li ġie żvelat dokument intern tal-Fond Monetarju ...
Read More

AKTAR KONTROLLI BEJN IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA

Waqt li kien f’Malta il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Thomas de Maiziere qal li jixtieq jestendi l-kontrolli tal-Ġermanja fuq il-fruntiera mal-Awstrija. Għadd ...
Read More

MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI L-UE TKUN PARALIZZATA

Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici qal li mingħajr id-dimensjoni soċjali, l-Unjoni Monetarja u Ekonomika tkun paralizzata. Moscovici stqarr ...
Read More

FAVUR L-ESTENZJONI TAS-SANZJONIJIET RUSSI

Bosta Ministri Ewropej huma favur li jkunu estiżi s-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja wara l-ġlied tal-ġimgħa l-oħra bejn l-Ukreni u s-separatisti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment