Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.

“Jekk qed tistaqsu sibniex soluzzjonijiet u kompromessi, ir-risposta hija le”, qal il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk.

“Ilna li applikajna biex nidħlu fl-UE mill-1993. U  għadna kandidati, għalhekk irridu nimxu ’l quddiem aktar malajr biex insiru sħab”. qal il-President Tork Erdogan

In-negozjati bħalissa huma wieqfa minħabba l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija wara l-attentat kolp ta’ stat fil-15 ta’ Lulju 2016.

Erdogan qal li pajjiżu jirrispetta d-drittijiet umani u se jibqa’ jiġġieled kontra t-terroriżmu “sakemm tibqa’ teżisti din it-theddida”.

L-UE u t-Turkija jikkooperaw ħafna dwar it-terroriżmu. Bħala turija ta’ dan Tusk ħabbar li ż-żewġ naħat se jwessgħu l-kooperazzjoni tagħhom dwar it-terroristi u l-ġellieda barranin.

“Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija dover komun tagħna (…) Huwa biss permezz tal-għaqda li nistgħu niġġieldu kontra din il-pjaga terribbli”, qal il-President tal-Kummissjoni Juncker.

Iż-żewġ naħat jikkooperaw ukoll fil-qasam tal-immigrazzjoni, bil-wasliet tal-immigranti jonqsu b’97% wara l-ftehim tal-UE mat-Turkija.

Skont Juncker l-UE onorat l-appoġġ finanzjarju li kienet wiegħdet lit-Turkija ta’ €3 biljun ewro. “Sa issa rċevejna €1.8 biljun. Nispera li l-għotja ta’ €3 biljun issir biex inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri meħtieġa u intejbu l-qagħda tar-refuġjati”, qal Erdogan.

F’Marzu l-Kummissjoni ħabbret proċess biex timmobilizza €3 biljuni oħra. €2 biljuni jiġu dirett mill-istati membri, bi ftit minnhom juru nuqqas ta’ ħeġġa joħorġu aktar flus mill-ġdid.

Erdogan tkellem dwar il-wiegħda tal-UE għall-ftuħ tal-visa, u l-għaqda doganali – żewġ oqsma li bosta stati membri huma kontra li jinfetħu d-diskussjonijiet mat-Turkija dwarhom.

Qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2018 mistenni jsir Summit ieħor bejn iż-żewġ naħat.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN

Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex ...
Read More

TENSJONI FL-UNGERIJA

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mistenni jerbaħ l-elezzjonijiet tal-Ħadd li ġej għar-raba’  leġiżlazzjoni tiegħu, iżda ġarrab kampanja mimlija tensjoni li ...
Read More

MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE

L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI

Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja ...
Read More

MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA

Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed ...
Read More

XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE

Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. “Jekk qed tistaqsu ...
Read More

L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE

Fl-2017 l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar żewġ imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-UE kellha surplus ta’ €120 biljun mal-Istati Uniti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment