Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex il-Kummissjoni tiċċertifika li ma jmorrux kontra xi programm tal-Unjoni. Dan ifisser li kull investiment ta’ fabbriki jew lukandi f’Malta jridu jkunu approvati mill-KE.

Alfred Sant kien f’minoranza li vvotaw kontra din il-proposta.

“Din il-proposta tmur kontra l-interessi tal-pajjiżi ż-żgħar u meżżani. Għalina f’Malta fejn kien dejjem diffiċli biex niġbdu lejna investiment dirett barrani, l-“iscreening” joħloq ostaklu ieħor li nistgħu ngħaddu mingħajru.” qal Sant li ma vvotax mal-linja li ħa l-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D).

Dr Sant huwa l-uniku Ewroparlamentari Malti rappreżentat  fl-ECON.

“Din il-proposta se toħloq ostakli politiċi u burokratiċi ġodda għall-investiment u minħabba li hi one-size-fits-all – tlibbes żarbun l-istess lil kulħadd – l-istati membri ż-żgħar biha se jitpoġġew fi żvantaġġ,” qal Dr Sant.

B’din il-proposta l-istati membri u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jitolbu informazzjoni biex jiskrutinaw l-investimenti diretti fil-manifattura jew fit-turiżmu li jqajmu tħassib għas-sigurta` jew l-ordni pubblika.

Dr Sant qal li l-iskrutinju li qed jiġi previst ikun velenu għall-istati membri ż-żgħar tal-UE bħal Malta li jipprovaw jattiraw investiment barrani dirett fit-territorji tagħhom. L-ekonomiji l-kbar jistgħu jlaħħqu aħjar mal-iskrutinju u saħansitra jistgħu jibbenefikaw kompetittivament minnu. L-iskrutinju jnaffar ditti barranin milli jinvestu dirett f’postijiet bħal Malta.

Il-proposta mistennija tiġi diskussa u vvotata bħala riżoluzzjoni fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew f’Ġunju.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN

Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex ...
Read More

TENSJONI FL-UNGERIJA

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mistenni jerbaħ l-elezzjonijiet tal-Ħadd li ġej għar-raba’  leġiżlazzjoni tiegħu, iżda ġarrab kampanja mimlija tensjoni li ...
Read More

MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE

L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI

Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja ...
Read More

MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA

Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed ...
Read More

XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE

Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. “Jekk qed tistaqsu ...
Read More

L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE

Fl-2017 l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar żewġ imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-UE kellha surplus ta’ €120 biljun mal-Istati Uniti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment