Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed jieħdu vantaġġ mill-frammentazzjoni tat-taxxa fl-UE u fuq livell Internazzjonali. Huwa ddefenda l-miżuri li tixtieq timplimenta l-Kummissjoni fis-settur diġitali. Moscovici qal li jekk ma jsirx hekk, iċ-ċittadini u l-baġits nazzjonali jmorru minn taħt waqt li r-rebbieħa jkunu l-kumpaniji multinazzjonali li jibqgħu jħallsu anqas taxxi.

Moscovici jinsab ottimist li jintlaħaq qbil unanimu fil-Kunsill dwar ċertu proposti rigward tassazzjoni għas-settur diġitali. Hu qal li l-appoġġ huwa kbir.

Numru ta’ pajjiżi Ewropej bħal Irlanda u l-Lussemburgu għandhom ħafna riżervi dwar il-proposti tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni tal-kumpaniji diġitali. Dawn  jaħsbu li l-proposti huma difettużi u jimmiraw lill-kumpaniji Amerikani li żgur iqanqlu reazzjoni mill-Istati Uniti.

Pajjiżi bħall-Irlanda u l-Lussemburgu qed jisħqu fuq soluzzjonijiet fuq livell internazzjonali.

Moscovici qal li fl-UE ma hemmx ‘tax havens’ iżda l-Kummissjoni qiegħda f’kuntatt ma’ stati membri – Malta, Belġju, Ċipru, Lussemburgu, Irlanda, Olanda u Ungerija minħabba ċertu prattiċi li jintużaw fil-qasam tat-tassazzjoni. Għadu mhux magħruf il-Kummissjoni hux se tirrakkomanda uffiċċjalment lil dawn il-pajjiżi biex ibiddlu ċertu prattiċi sa Mejju li ġej.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN

Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex ...
Read More

TENSJONI FL-UNGERIJA

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mistenni jerbaħ l-elezzjonijiet tal-Ħadd li ġej għar-raba’  leġiżlazzjoni tiegħu, iżda ġarrab kampanja mimlija tensjoni li ...
Read More

MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE

L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI

Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja ...
Read More

MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA

Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed ...
Read More

XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE

Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. “Jekk qed tistaqsu ...
Read More

L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE

Fl-2017 l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar żewġ imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-UE kellha surplus ta’ €120 biljun mal-Istati Uniti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment