Former Prime Minister and MEP Alfred Sant said that the European identity and values are in a process which is seeking to bridge what is common to all Europeans and what is proper to each European nation. This is being done while another force, globalisation, is impinges upon the continent with its pressures and demands. Dr Sant was invited by the Foundation Philosophy Sharing to address a meeting on ‘The Experience of a European Identity’ at the Circolo Gozitano, Gozo. The Maltese MEP said that the process is still ongoing and maintained that only time can say whether, in the context of global change, the interrelation between the European common heritage and the identity and values of each nation shall create a truely continental space.

“The European identity and values are now set as a standard of morals and behaviour after a long history of traditions, politics and social control.” said Dr Sant.

The Foundation Philosophy Sharing brings together philosophy enthusiasts to inspire, strengthen and promote philosophical activity in the Maltese Islands.

Maltese Version – L-IDENTITA’ EWROPEA FI PROĊESS BEJN DAK LI HU TAL-EWROPEJ KOLLHA U DAK LI HU TA’ KULL NAZZJON FL-EWROPA

L-identità u l-valuri Ewropej jinsabu fi proċess li qed ifittex li jsieħeb dak li hu komuni għall-Ewropej kollha u dak li proprju ta’ kull nazzjon fi ħdan l-Ewropa. Dan qed isir waqt li fl-istess waqt hemm qawwa oħra tagħfas permezz tal-globalizzazzjoni. Dan qalu l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant meta kien il-mistieden speċjali tal-fondazzjoni Philosophy Sharing biex jagħti taħdita fuq ‘The Experience of a European Identity’ fiċ-Circolo Gozitano, Għawdex.

Dr Sant qal li din il-mixja għadha għaddejja sal-lum.

“Iż-żmien biss jista’ jgħid jekk, fi ħdan il-kuntest tal-bidliet dinjija, is-sħubija bejn dak li hu komuni għall-Ewropej kollha u dak li hu proprju ta’ kull nazzjoni tkomplix tisseddaq biex tasal għal xi għamla isħaħ ta’ unifikazzjoni kontinentali. L-identità u l-valuri Ewropej għandhom storja twila, kemm intellettwali, kemm politika, kif ukoll soċjali, iżda li fl-aħħar mill-aħħar irriżultat f’linji ġenerali u komuni ta’ ċertu għarfien u aġir morali.” qal Dr Sant.

Il-fondazzjoni Philosophy Sharing twaqqfet fl-2012 biex iġġib flimkien lil dawk li jħobbu l-filosofija, tnebbaħ, issaħħaħ u tkabbar l-attività filosofika fil-Gżejjer Maltin, u li tagħti sehem lis-soċjetà permezz tal-Filosofija.

Facebook Comments

Post a comment