Maltese MEP Alfred Sant expressed his support for the agricultural activity of a family from Dingli who have been working their fields in their village to produce genuine agricultural products. Dr Sant visited ‘Diar il-Bniet’, a family owned restaurant specialising in traditional cuisine in Dingli, which also produces Maltese goat cheese, honey, syrups among other products and offers guided sheep farms tours and vineyard tours.

“This initiative shoud be encouraged in other agricultural areas in Malta and Gozo to prevent the further decay of Maltese agriculture since Malta joined the EU.” remarked the Maltese MEP.
Mr Darren Mifsud, Director, told Dr Sant that ‘Diar il-Bniet’ prides itself on its use of home-grown produce, freshly picked from the family-run farm in Dingli. Their estate consists of over 600 acres of land covered in rich, dark, soil which is ploughed and cultivated. This soil is home to a number of different fruits and vegetables which are grown according to the season.
‘Diar il-Bniet’ employs 20 persons.

Maltese Version – ATTIVITA` ĠENWINA AGRIKOLA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ

L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal tagħhom biex joffru prodotti ġenwini tal-biedja Maltija. Dr Sant qal dan meta żar ‘Diar il-Bniet’ f’Ħad Dingli, restorant tal-familja li jispeċjalizza fil-kċina tradizzjonali f’Ħad-Dingli. Dil-familja tipproduċi ġbejniet, għasel, ġulepp fost prodotti agrikoli oħra u toffri tours fl-għelieqi tagħhom għall-merħliet tan-nagħaġ u l-produzzjoni tal-ġbejniet u tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbejjed.
“ ‘Diar il-Bniet’ qed turi waħda mit-toroq li rridu nieħdu biex ma nħallux lill-biedja Maltija tkompli tinqered, kif beda jiġri kemm ilna fl-Unjoni Ewropea. Jixirqilha kull appoġġ. Ikun tajjeb jekk ikollna oħrajn bħalha.” qal Alfred Sant.
Is-sur Darren Mifsud, Direttur, qal lil Dr Sant li ‘Diar il-Bniet’ hija kburija li tuża l-prodotti agrikoli tagħħa li jinqatgħu mill-għelieqi tal-familja f’Ħad-Dingli. L-għelieqi jinsabu fuq medda kbira ta’ raba’ miksija b’ħamrija sabiħa li tiġi maħduma u ikkultivata. Il-ħamrija tipproduċi għadd differenti ta’ frott u ħaxix li jitħawlu skont l-istaġun tagħhom.
‘Diar il-Bniet’ timpjega 20 persuna f’dal-qasam.

Facebook Comments

Post a comment