The Labour Delegation at the European Parliament will stand united to defend Malta’s sovereignty, especially on taxation matters and strive against the wave of criticism in Europe on financial services in small states like Malta, Alfred Sant told a social gathering in Valletta. Dr Sant said that Labour MEPs will persist in protecting flexibility for small EU states like Malta and insist that the EU’s one-size-fits-all policy does not benefit Malta.
Dr Sant said that in 2017 Malta managed the EU’s Presidency with honours and left a positive impact in the EU. Malta’s Prime Minister has distinguished himself among EU leaders, the Maltese government is securing economic and social progress among the EU strongest member states while Labour representatives at the European Parliament have remained close to Maltese and Gozitan citizens voicing their concerns and aspirations.
Dr Sant said that on the contrary the PN Delegation at the European Parliament has been undermining national interests.
“The PN MEPs have now agreed that Malta should lose its sovereignty on taxation. All Maltese governments, including the Gonzi Administation, always safeguarded Malta’s sovereignty on taxation. The PN MEPs think otherwise.” remarked the Maltese MEP.

Maltese Version – IL-PARTIT LABURISTA SE JIBQA’ JIDDEFENDI S-SOVRANITA` TA’ MALTA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ tikkumbatti l-mewġa li hemm fl-Ewropa kontra s-servizzi finanzjarji fi stati żgħar bħal tagħna. Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew, fil-Belt Valletta li saħaq li l-MEPs Laburisti se jibqgħu jitkellmu favur il-flessibilita` għal stati żgħar bħal Malta u jisħqu li l-politika ta’ one-size-fits-all mhix fl-interess ta’ pajjiżna.
Dr Sant qal li tul 2017 Malta ħarġet bl-unuri bil-Presidenza tal-UE fl-ewwel nofs ta’ dis-sena u ħalliet impatt pożittiv fl-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Malti qed jiddistingwi ruħu fost il-mexxejja tal-aktar stati b’saħħithom fl-Ewropa, il-gvern Malti qed jiżgura li pajjiżna jimxi ’l quddiem daqs u aktar minn stati membri oħra fl-UE bil-ħolqien tal-impjiegi u bit-twettiq tal-politika soċjali f’pajjiżna waqt li r-rappreżentanti tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew baqgħu viċin iċ-ċittadini u jwasslu l-vuċi u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Dr Sant qal li d-delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew darba wara l-oħra qiegħda timmina l-interessi nazzjonali.
“L-MEPs tal-PN issa qablu li l-Gvern Malti jitilef is-sovranita` fuq it-tassazzjoni. Il-gvernijiet kollha Maltin, inkluż dak ta’ Gonzi, qatt ma ċedew is-sovranita` fuq it-tassazzjoni. Iżda dawn jaħsbuha mod ieħor.” qal Alfred Sant.

Facebook Comments

Post a comment