The European Parliament has approved the report ‘European Pillar of Social Rights’ which calls for a framework directive on decent working conditions in all areas of employment. The report steered through by Maria-Joao Rodrigues (S&D, Portugal) identifies a number of essential principles common to euro area member states, focusing on their needs and challenges in the field of employment and social policies.

Maltese MEP Alfred Sant, who voted in favour of this report, noted that while the measures being recommended will need to apply across the European Union, it does not follow that their implementation should be harmonised across states having different economic and social characteristics. Dr Sant said that their application will remain in large part a matter for national authorities to determine the when and the how, in response to changing economic and social requirements within their communities.

“The report is very comprehensive, covering all areas of social policy. We need to set priorities to it: mine would be in labour laws and social security; education; pensions. The reality is that the principles guiding economic management in the EU are, as a matter of policy, constrained by neo-liberal perspectives. Especially in the eurozone, this has led to decisions that place the social burdens of economic strategies on workers and the least well off, thereby flagrantly contradicting what used to be considered as the European social model. One now therefore must doubt whether a commitment to a European pillar of social rights can be long-lasting.” remarked Dr Sant.

Maltese Version – IL-PARLAMENT EWROPEW FAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi minn Maria-Joao Rodrigues (S&D, Portugall), jidentifika numru ta’ prinċipji meħtieġa u li huma komuni għall-istati membri taż-żona ewro. Ir-rapport jiffoka fuq il-ħtiġijiet u l-isfidi fil-qasam tax-xogħol u l-politika soċjali.

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, li vvota favur ir-rapport, qal li filwaqt li l-metodi li huma proposti jridu jkunu applikati tul l-UE kollha, ma jfissirx li l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu armonizzati fl-istati membri li għandhom karatteristiċi ekonomiċi u soċjali differenti. Dr Sant qal li l-parti l-kbira tal-applikazzjoni tagħhom se tkun f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali – huma se jiddeterminaw meta u kif se jkunu applikati fil-kuntest tal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali li dejjem qed jinbidlu fi ħdan il-komunitajiet tagħhom.

Dr Sant qal li r-rapport jitratta l-oqsma kollha tal-politika soċjali. “Irridu nfasslu l-prijoritajiet fuq il-liġijiet tax-xogħol u s-sigurta’ soċjali; l-edukazzjoni; il-pensjonijiet. Ir-realta’ hi li l-prinċipji li qed jiggwidaw it-tmexxija tal-ekonomija fl-UE huma, bħala parti mill-politika Ewropea, marbuta mal-perspettiva neo-liberali. B’mod speċjali fiż-żona ewro, dan wassal għal deċiżjonijiet li jpoġġu t-toqol soċjali tal-istrateġiji ekonomiċi fuq il-ħaddiema u dawk li jifilħu l-anqas. Dan jikkontradixxi bi kbir dak li kien ikkunsidrat bħala il-mudell soċjali Ewropew. Għalhekk wieħed issa jiddubita kemm wiegħda Ewropea favur id-drittijiet soċjali se tkun segwita matul is-snin.” argumenta Dr Sant.

Facebook Comments

Post a comment