Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn bilanċ xieraq li jirrispetta il-valuri, l-interessi u l-bżonnijiet ta’ gżejjer żgħar bħal Malta u Għawdex. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea tal-lum, mhijiex ħaġa ċara li dejjem qed jinstab dan il-bilanċ, l-aktar fejn jiddaħħlu soluzzjonijiet li jipprovaw ilibbsu l-istess żarbun lil kulħadd, politika ta’ one size fits all.
Dan qalu Alfred Sant f’sensiela ta’ laqgħat ma’ għaqdiet soċjali Għawdxin, operaturi turistiċi, bdiewa u raħħala f’Għawdex.
Alfred Sant qal li sab li l-aħjar mod kif Għawdex u gżejjer bħalu jistgħu jġibu aktar fondi mill-Unjoni hu billi jtellgħu proġetti flimkien ma’ gżejjer tal-UE .
Dwar il-biedja, Sant qal li rridu nagħtu aktar nifs lill-biedja biex tibqa’ tipprovdi għajxien xieraq lill-bdiewa u liż-żgħażagħ li jitħajru jkunu bdiewa.
“Jien nibqa’ impenjat mija fil-mija biex nagħti s-sehem tiegħi ħalli fil-qasam tal-biedja, ix-xemx terġa’ titla’.”
Alfred Sant qal li rridu nagħtuh spinta aktar qawwija lit-turiżmu.
“Dan billi nbigħu lil Għawdex fl-Ewropa konsistentement bħala destinazzjoni separata mhux bħala parti minn Malta.”
Imbagħad irridu ntejbu l-konnettività, il-mod kif wieħed jasal f’Għawdex minn Malta, permezz ta’ servizz ta’ fast ferry u ta’ ħelikopter.
“Kull soluzzjoni għall-isfidi ta’ Għawdex għandha tirrifletti l-bżonnijiet tal-Għawdxin kif ukoll l-ħarsien tal-ambjent u l-wirt naturali ta’ pajjiżna.”
Alfred Sant qal li jekk ikollu l-fiduċja tal-elettorat jibqa’ jkun il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa.
VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR
Read More
NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR
Read More
FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA
Read More
TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA
Read More
VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA
Read More
PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
Read More
L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA
Read More
TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI
Read More
Post a comment