L-Istati Membri wiegħdu ħafna biex jilqgħu għall-kriżi tal-immigrazzjoni, issa qed jiġu mitluba biex iwettquhom fil-prattika jekk ma jridux li s-sitwazzjoni tagħhom u r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra jmorru għall-agħar. Dan kien il-messaġġ tal-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker u tal-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel. Juncker, fost oħrajn, kien qed jirreferi għal wegħda tal-istati membri u anki ta’ stati mhux membri tal-UE, li joħolqu 100,000 post għar-rifuġjati fiż-żona tal-Balkani. Kif ukoll għal fatt li ftit ikkommettew flejjes għal dan il-għan u l-limitu tal-baġit ewropew se jipprovdi €10 biljun għall-perijodu 2015 u 2016. Juncker semma kif il-pajjiżi Ewropej għadhom ma rrispondewx għat-talbiet tal-aġenziji ewropej Frontex u EASO li jeħtieġu aktar nies mill-istati membri biex jgħinuhom jirreġistraw u jidentifikaw l-immigranti li qed jaslu mill-fruntieri esterni tal-UE. Il-President tal-Kummissjoni kkritika d-dewmien biex l-istati membri jirrilokaw 160,000 rifuġjat.
L-istati membri għadhom ma tawx widen lil appell tal-Frontex li għandha bżonn 775 gwardji tal-kosta addizzjonali. Sa issa ftit stati membri biss wiegħdu li se jibagħtu xi uffiċċjali minn tagħhom li b’kollox ilaħħqu għal 326 uffiċċjal. L-istati qed ikaxkru sieqhom tant li s’issa disa’ stati membri biss qalu li se jieħdu 700 rifuġjat (minn 160,000)
Dwar is-sitwazzjoni fil-Balkani, il-Kummissjoni Ewropea qed tilmenta li kellha torganizza konferenza żgħira biex il-kapijiet tal-istat ta’ dawn l-inħawi jiltaqgħu u jitkellmu. Dan għaliex żdiedu t-tensjonijiet bejn l-Islovenja, il-Kroazja u l-Ungerija, imma anke mal-Ġermanja u l-Awstrija minħabba l-eluf ta’ immigranti li daħlu fi ftit jiem biss. Fil-laqgħa wkoll kien hemm mumenti ta’ tensjoni.
Il-Kunsill Ewropew qal li s-sitwazzjoni hija diffiċli speċjalment għall-għaqda tal-Ewropa u taż-żona xengen.
Fil-laqgħa li kellhom il-pajjiżi tal-Balkani – 11-il stat membru (Awstrija, Ġermanja, Bulgarija, Greċja, Ungerija, Slovenja, Kroazja u Rumanija) flimkien ma’ stati mhux membri (Serbja, Maċedonja u Albanija) ddeċidew li se jitkellmu darba fil-ġimgħa biex jinfurmaw lil xulxin dwar l-iżviluppi tal-kriżi tal-immigrazzjoni. Kull wieħed minn dawn il-pajjiżi ħatar persuna biex tkun il-‘contact person’ tal-pajjiż.
L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Read More
JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Read More
IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Read More
L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Read More
TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Read More
L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Read More
TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Read More
TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Read More
IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Read More
€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Read More
ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Read More
IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Read More
X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Read More
TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Read More
Post a comment