L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju Unit, bil-Gran Brittanja fit-tmun tal-bażi navali tal-UE għal numru sostanzjali ta’ snin.
Franza qed tappoġġja lil Spanja biex tospita l-bażi navali tal-UE wara d-29 ta’ Marzu 2019, u l-uffiċċjali Taljani xejn ma jaqblu ma’ dan.
Il-Ministri tad-Difiża ta’ Franza u Spanja qalu li l-ġlieda kontra l-piraterija fl-Oċean Indjan għandha bżonn bażi navali fi Spanja.
Il-bażi ta’ Cadiz, titmexxa mill-flotta Spanjola. F’Diċembru tal-2008 nediet strateġija biex tiġġieled kontra l-pirati Somali fir-reġjun. Spanja hija l-uniku pajjiż bi preżenza fl-operazzjoni navali Ewropea u pprovdiet 33 bastiment f’għaxar snin.
Din l-inizjattiva tal-UE għandha l-għan li tgħasses iż-żona tul il-Golf ta’ Aden u l-Baħar l-Aħmar 24 siegħa kuljum. Din iż-żona hija importanti ħafna għall-provvista taż-żejt mill-Golf Persjan.
Hemm it-tħassib li konċentrazzjoni navali fl-istess post ma tkunx għaqlija – u t-Taljani huma ħerqana jżommu rwol importanti fid-difiża Ewropea.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN
Read More
TENSJONI FL-UNGERIJA
Read More
MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI
Read More
BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE
Read More
FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI
Read More
MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA
Read More
XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE
Read More
L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE
Read More
Post a comment