Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll l-imħatri ‘online’ u r-riklamar għal-logħob tal-azzard u se tidħol fis-seħħ f’Jannar.
L-Albanija hija l-iktar pajjiż fqir fl-Ewropa, għandha popolazzjoni ta’ 2.8 miljun ruħ u hija d-dar ta’ aktar minn 4,200 uffiċċju tal-imħatri.
L-Albaniżi jonfqu madwar €150 miljun kull sena fl-imħatri tal-isport, iżda ċ-ċifra togħla għal €700 jekk jingħaddu l-imħatri illegali.
Il-liġi tolqot ukoll lil Casinos, li wħud minnhom saħansitra jinsabu fejn l-iskejjel u se tirrestrinġihom għal-lukandi ta’ ħames stilel jew resorts tat-turisti.
“Dan huwa messaġġ ċar kontra l-kriminalita` organizzata u l-ħasil ta’ flus, imma din hija wkoll aħbar tajba għal familji u l-vittmi tal-logħob tal-azzard,” qal il-Prim Ministru Albaniż Edi Rama.
L-Oppożizzjoni, li qed tibbojkottja s-sessjonijiet parlamentari ma ħaditx sehem fil-vot li għadda b’75 vot minn 140.
MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI
Read More
IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’
Read More
PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI
Read More
PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI
Read More
KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI
Read More
JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR
Read More
L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA
Read More
Post a comment