Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, qed jisħaq Macron, biex ikunu indirizzati l-isfidi tal-immigrazzjoni u tas-sigurta` fl-Ewropa.
Macron qed isejjaħ għal ‘Rinaxximent Ewropew’ li jħares il-valuri Ewropej kontra l-movimenti nazzjonalistiċi u popolari li qed ifaqqsu madwar l-Ewropa.
Is-sejħa ta’ Macron għal riformi fl-UE ġabet reazzjonijiet imħallta. Waqt li f’bosta kapitali Ewropej sabet l-appoġġ, fir-Repubblika Ċeka l-Prim Ministru Andrej Babiš qal li din kienet maqtugħa mir-realtajiet li qed jgħixu l-Ewropej.
Ħafna interpretaw il-mossa ta’ Macron bħala parti mill-istrateġija tiegħu li jsir il-mexxej il-ġdid tal-UE waqt li Merkel qed tħejji l-ħruġ tagħha mix-xena politika. Oħrajn qalu li kienet sforz minn Macron biex jinġabar mal-elettorat Franċiż li qed jitlef il-fiduċja fih.
Macron żvela l-proposti tiegħu f’ittra miftuħa liċ-ċittadini Ewropej f’ġurnali Ewropej li fiha wiegħed li se jipproteġi u jiddefendi liċ-ċittadini Ewropej fis-snin li ġejjin.
VUĊI WAĦDA FL-EWROPA
Read More
IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE
Read More
MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW
Read More
JUNCKER SKREDITAT FL-UNGERIJA
Read More
FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA
Read More
SKONNETTJATI MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ
Read More
FONDI GĦALL-BDIEWA
Read More
IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT
Read More
Post a comment