IndependentInewsmalta

Djar tal-Gvern

Hi miżura tajba ħafna li l-gvern mhux sempliċement se jipprovdi aktar binjiet ta’ “housing” soċjali. Biħsiebu jissorvelja t-tmexxija tal-binjiet u jiżgura li r-residenti ġodda jibqgħu jtejbu l-pożizzjoni tagħhom sakemm ikunu jistgħu jitilqu għal rashom. Mhux se tkun biċċa faċli. Sal-lum, l-esperjenza li kellna bid-djar li pprovda l-gvern rat it-tajjeb u l-ħażin. Matul is-snin, il-politika f’dal-qasam

IndependentInewsmalta

Fatti

Fl-aħħar ġimgħat, istituzzjonijiet internazzjonali fetħulha kontra l-iskemi li jippromwovu “investiment migratorju” – jiġifieri skemi bħal dawk li qed tħaddem Malta fejn persuna “tixtri” ċittadinanza ta’ pajjiż billi tosserva ċerti kondizzjonijiet li jiżguraw li hi ta’ fibra tajba, u twiegħed li se tinvesti ammont ta’ flus sostanzjali fl-ekonomija tiegħu. Fost l-ewwel li ppromwovew arranġamenti simili kienu

It-Torca

Dwar Iż-żona tal-ewro llum

Sa ftit taż-żmien ilu, kien hemm sens ta’ ottimiżmu fiż-żona tal-ewro. It-titjib ekonomiku kien ilu mat-tliet snin jew aktar għaddej, ħaġa li ġġagħlek taħseb li daqt l-affarijiet se jiħżienu, skont iċ-ċiklu ekonomiku “normali”. Biss, il-bassara u l-mexxejja tan-negozji baqgħu jħossu li l-affarijiet kienu għadhom pożittivi. It-tkabbir ekonomiku speċjalment tal-pajjiżi membri l-kbar kien mistenni jibqa’ sostnut

IndependentInewsmalta

Iż-żgħażagħ u l-politika

Kien hemm min qalli fl-aħħar ġimgħat: iż-żgħażaghħ ma jinteressawx ruħhom aktar fil-politika. U kien hemm min qalli: Mhux talli ż-żgħażagħ jinteressaw ruħhom ħafna fil-politika. Talli qed jivvintaw modi ġodda kif jieħdu sehem fiha. Għalija, jieħdu sehem fiha kif jieħdu sehem fil-politika, ma jagħmilx differenza. L-aqwa li ż-żgħażagħ jagħmlu dan. U li jkunu ġejja mill-kuluri politiċi

IndependentInewsmalta

Inkwiet Ekonomiku?

Sa ftit ilu kont nemmen li ċerti bassara qed jesaġeraw fl-inkwiet li bdew juru dwar il-qagħda ekonomika fl-Ewropa u lil hinn minnha. Wara kollox, ir-rankatura fl-ekonomija taż-żona ewro ilha soda għal żmien sew. Minkejja kull ma ngħidu dwar il-President Trump, kemm ilu fil-kariga l-ekonomija Amerikana tħarrket. Biss issa qamu wisq fehmiet negattivi. Ma tistax twarrabhom.

It-Torca

Bejn Franza u l-Ġermanja

It-trattat ta’ ħbiberija u koperazzjoni ffirmat bejn Franza u l-Ġermanja x-xahar li għadda ntlaqa’ tajjeb u ntlaqa’ ħażin. Kien hemm min qiesu bħala ħaġa ta’ min jixtieqha li ż-żewġ pajjiżi jkabbru l-ħbiberija ta’ bejniethom ħalli jkunu jistgħu joffru sens ta’ tmexxija aħjar fil-binja Ewropea. Skont dil-fehma, se jkun diffiċli li tinżamm ir-rankatura fil-binja Ewropea jekk