It-Torca

Fondi mill-Ewropa

Ta’ spiss meta nżur lokalitajiet u organizzazzjonijiet mal-pajjiż kollu, jitqanqlu mistoqsijiet dwar fondi mill-Ewropa. Kif jistgħu jinġabu? Kif jistgħu jintużaw? Il-gvern kif qed iħaddimhom? Ħafna jifhmu li hemm fondi li jirċevihom il-gvern għal proġetti tiegħu. 10 fil-mija tal-pakkett finanzjarju li Malta tirċievi jiġi allokat għal Għawdex. Il-fondi jitqassmu mal-pajjiż u jistgħu jintrabtu ma’ inizjattivi kbar

IndependentInewsmalta

Dibattitu dwar Għawdex… Ronnie Pellegrini… Raħal Ġdid

F’dibattitu publiku dwar Għawdex li ħadt sehem fih, qamu s-suġġetti li ilhom jitilgħu f’laqgħat simili. Kollha marbuta mal-problemi tal-konnettività. Dawn għadhom jikkawżaw it-tluq ta’ bosta Għawdxin li jmorru jgħixu Malta, inkonvenjenzi kbar għal Għawdxin oħra li jaħdmu Malta u nuqqas ta’ investiment f’oqsma ta’ fejda. Ċerti aspetti tan-nuqqas ta’ konnettività li jeżisti madankollu jħalluni perpless.

IndependentInewsmalta

Tniġġis tal-baħar

Ħabib li għandu kredenzjali tajba fil-ħidma ambjentali ġie jgħidli kif irridu noqogħdu attenti li ma neħduhiex bħala ħaġa lesta li t-tniġġis tal-ibħra madwar il-kosti jinsab taħt kontroll. Skont hu, jista’ jiġri li l-kejl li qed jittieħed ta’ kemm u kif il-baħar hu nadif jirrefletti ċirkostanzi okkażjonali ta’ titjib. Malajr jistgħu jinqalbu lejn inkwinament li mhux

It-Torca

L-Ingann

Insibha stramba nifhem kif kelliema u rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista għad għandhom il-wiċċ jitkellmu qishom kienu difensuri tal-kaċċaturi u n-nassaba. Veru li hu dwejjaq toqgħod tirreferi kull darba għall-imgħoddi. Biex tagħqad, għal imgħoddi li f’moħħ bosta żgħażagħ bilfors jidher ta’ ilu ħafna. Biss f’dal-każ, ma tistax ma tfakkarx kif fil-proċess li bih Malta daħlet membru tal-Unjoni

IndependentInewsmalta

Diskors ta’ mibegħda

Tajjeb li tikber il-kuxjenza dwar id-deni li jsir meta diskors ta’ mibegħda, kif tlaqqam, isir bl-addoċċ, speċjalment fil-midja soċjali. Miegħu ukoll jiġi assoċjat diskors li jifrex aħbarijiet foloz, imħawra b’mod malizzjuż. Ta’ spiss it-tnejn… mibegħda u falsitajiet… jingħaġnu flimkien biex joħolqu klima kontra persuni jew istituzzjoni li jkunu qed imexxu kampanji kontroversjali jew kontestati. Biss

IndependentInewsmalta

Rapporti minn barra

Il-ġimgħa li għaddiet, ħarġu kważi fl-istess ġurnata żewġ rapporti dwar il-qagħda ekonomika u soċjali f’Malta – wieħed mill-Kummissjoni Ewropea fil-kwadru tax-xogħol li hi tagħmel biex tassigura li t-tmexxija taż-żona tal-ewro qed issir kif imiss; u l-ieħor mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Ingħataw is-solta prominenza fil-midja Maltin, kif forsi jixirqilhom. Uħud taw emfażi lill-parti tat-tazza “vojta” fir-rapport u