It-Torca

L-ewropa u ċ-ċina

Niddubita kemm qed jissensel b’mod naturali. Nissuspetta li qed jiġi mħeġġeġ minn forzi “okkulti”, moħbija. Għax f’daqqa waħda donnu tela’ d-deni fl-Ewropa dwar l-hekk imsejħa theddida li ċ-Ċina tista’ qed tpoġġi għas-sigurtà u l-avvanz ekonomiku tal-kontinent. Veru li qamet kontroversja fl-aħħar ġimgħa u nofs meta l-President Xi waqt żjara fl-Ewropa waqaf Ruma. Hemm iffirma ftehim

IndependentInewsmalta

Lil min temmen?

Il-“verdett” tal-prosekutur speċjali Moeller fl-Istati Uniti fl-investigazzjoni tiegħu dwar jekk il-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump ipprovatx tissieħeb mar-Russi biex tirbaħ l-elezzjoni kien negattiv. M’hemmx prova li dan ġara. Id-Demokratiċi ddikjaraw li se jibqgħu jagħfsu fuq l-istorja. Is-suspetti tagħhom għadhom qawwija, qalu, allavolja Mueller ilu kważi sentejn jindaga b’poteri investigattivi qawwija ħafna. Trump ma jogħġobni xejn.

IndependentInewsmalta

L-imħatra immorali?

Settur ekonomiku ewlieni f’Malta hu dak tal-imħatri bl-internet. Permezz tiegħu Malta saret qisha l-Atlantic City tal-Mediterran. Siewi kemm hu siewi dal-qasam fit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, ma jistax jonqos li jqajjem dubji u riżervi fost għadd ta’ nies – u ninkludi ruħi bħala wieħed minnhom. Li tinkoraġġixxi l-logħob tal-ażżard tista’ tkun attività li twassal għal drawwiet anti-soċjali

It-Torca

Rinaxximent ewropew

Il-President ta’ Franza Emanuel Macron sa mil-bidu nett ppreżenta ruħu bħala vuċi qawwija favur progress ta’ malajr lejn għaqda akbar fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għamel diskors twil fl-università tas-Sorbonne ta’ Pariġi fejn ipproklama l-ħtieġa ta’ ħidma ġdida u qawwija lejn miżuri ta’ federaliżmu fl-Unjoni Ewropea fl-oqsma pereżempju tat-tmexxija taż-żona tal-ewro, tal-politika tal-immigrazzjoni, tal-għaqda bankarja, tal-ambjent,

IndependentInewsmalta

Fi New Zealand

L-aħbar tat-traġedja terroristika li seħħet Christchurch kienet waħda minn dawk li jaqtgħuk mill-qiegħ. Minħabba n-numru ta’ nies li mietu innoċentement. Minħabba li nqatlu f’kondizzjonijiet atroċi. Minħabba l-mod “ħaj” kif dan sar minn fuq il-midja soċjali. Minħabba l-fatt li ħafna mill-vittmi kienu qed diġà jaħarbu mill-persekuzzjoni f’pajjiżhom. Minħabba l-idea li kellna ta’ New Zealand bħala pajjiż

IndependentInewsmalta

Suċċessjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat stqarr li fi ftit żmien se jħalli l-funzjonijiet tiegħu. Maġġoranza enormi ta’ membri tal-Partit Laburista u ta’ sostenituri tal-Partit ma taqbilx li dan għandu jiġri. Uħud jirraġunaw li dil-ħaġa ġġib warajha tellieqa għal min se jissuċċedi lil Dr Muscat u toħloq instabbiltà fil-Partit u fil-pajjiż. Għalkemm l-inkwiet