E-001188/2016

Subject: Follow-up to Written Question E-015528/2015 on the EU Tobacco Products Directive

In the reply to parliamentary Question E-015528/2015 on the EU Tobacco Products Directive, the Commission stated that ‘some Member States have already informally indicated that their transposition process is completed; many others are at an advanced stage of transposition’.
In this regard, can the Commission explain the discrepancy between its reply and the EU’s EUR-Lex webpage showing the ‘National Implementing Measures (NIM)’ for the said Directive which as of 5 February 2016 states that Italy, Lithuania and Portugal have already formally informed the Commission of their laws enacted to transpose the same directive?

Answer given by Mr Andriukaitis on behalf of the Commission (6.4.2016)

The Commission can confirm that as of 16 March 2016, five Member States (1) have formally indicated complete or partial transposition of the Tobacco Products Directive 2014/40/EU (2). The notifications confirm informal indications received previously from the Member States concerned at meetings of Member State experts.

(1) Belgium, Italy, Lithuania, Malta and Portugal
(2) Directive 2014/40/EU of the European Parliament and of the Council of 3 April 2014 on the approximation of the laws, regulations and administrative provisions of the Member States concerning the manufacture, presentation and sale of tobacco and related products and repealing Directive 2001/37/EC.

E-001188/2016

Suġġett: Segwitu għall-Mistoqsija bil-Miktub E-015528/2015 dwar id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk tal-UE

Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari E-015528/2015 dwar id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk tal-UE, il-Kummissjoni ddikjarat li “xi Stati Membri diġà indikaw b’mod informali li tlesta l-proċess ta’ traspożizzjoni tagħhom; ħafna oħrajn qegħdin fi stadju avvanzat ta’ traspożizzjoni”.
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tispjega d-diskrepanza bejn it-tweġiba tagħha u l-paġna tal-web EUR-Lex li turi l-“Miżuri Nazzjonali għall-Implimentazzjoni (NIM)” għad-Direttiva msemmija, li, fid-data tal-5 ta’ Frar 2016, jgħidu li l-Italja, il-Litwanja u l-Portugall diġà infurmaw formalment lill-Kummissjoni dwar il-liġijiet adottati tagħhom għat-traspożizzjoni tal-istess direttiva?

MT

Il-Kummissjoni tikkonferma li mis-16 ta’ Marzu 2016, ħames Stati Membri (3) indikaw formalment it-traspożizzjoni kompluta jew parzjali tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk 2014/40/UE (4). In-notifiki jikkonfermaw indikazzjonijiet informali li kienu waslu mill-Istati Membri kkonċernati waqt laqgħat tal-esperti tal-Istati Membri.

(3) Il-Belġju, l-Italja, il-Litwanja, Malta u l-Portugall
(4) Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE.

Facebook Comments

Post a comment