L-Olanda vvotat kontra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina f’referendum fejn 61% tal-elettorat kienu kontra u 38% ivvotaw favur il-ftehim. Ħarġu jivvotaw 32% tal-elettorat, ftit aktar minn 30% meħtieġa biex ir-riżultat ikun aċċettabbli mill-Parlament Olandiż. Dan ir-riżultat qed jitqies bħala daqqa oħra lill-Unjoni Ewropea waqt li qed taffaċċja l-kriżi tal-immigrazzjoni, iżjed theddid ta’ attakki terroristiċi u ekonomija fraġli. Is-sentiment kontra l-UE qed jiżdied, inkluż fl-Olanda li tappoġġja l-integrazzjoni Ewropea.

L-Olanda vvotat biex tappoġġja jew tiċħad il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Ukraina. Vot favur kien tfisser aktar relazzjonijiet magħquda u ekonomiċi ma’ dan il-pajjiż ex-sovjetiku. Il-ftehim ġie ratifikat diġa` fis-27 stat membru l-oħra. Ir-referendum ma jorbotx, iżda uffiċċjali tal-UE jibżgħu li ċaħda mill-votanti Olandiżi jfisser rebħa għar-Russja. L-Olanda kienet l-uniku pajjiż mit-28 stat membru tal-UE li sejħet referendum fuq l-Ukraina.

Il-ftehim, applikat minn Brussell mill-2014, ineħħi t-tariffi tal-esportazzjoni bejn l-Ukraina u l-UE u jipprovdi appoġġ lil ekonomija Ukrena. L-ekonomija Ukrena għaddejja minn perijodu diffiċli hekk kif il-kummerċ mar-Russja naqas ħafna. Dan kollu seħħ waqt il-kriżi politika fl-Ukraina fl-2014 li wasslet għall-vjolenza u t-tneħħija tal-President Viktor Yanukovych.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker diġa` wissa li, “Vot le jħalli l-problemi fl-Ewropa għax inaqqas l-istabilita`”.

Dan il-vot ġie f’mument fejn l-ewroxettiċiżmu tul l-Ewropa qed jikber hekk kif din qed taffaċċja rekord ta’ immigranti, żieda fit-terroriżmu u ekonomija fraġli. Vot le se jaħdem għal vantaġġ tal-ewroxettiċi, speċjalment fir-Renju Unit hekk kif din qiegħda fil-kampanja tar-referendum fuq is-sħubija tagħha fl-Ewropa.

Ir-referendum Olandiż kien l-ewwel wieħed taħt liġi ġdida tal-pajjiż fejn iċ-ċittadini huma msejħa jivvotaw fuq ċertu leġiżlazzjonijiet u trattati li diġa` għaddew mill-Parlament. Dawn it-tip ta’ referenda ma jorbtux. Bdew isiru wara li attivisti ewroxettiċi għamlu petizzjoni ‘online’ u ġabru l-firem bl-argument li l-elettorat jeħtieġ aktar influwenza fid-deċiżjonijiet tal-UE.

Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte kien diġa` qal li jirrispetta d-deċiżjoni tar-referendum. Bħalissa l-Olanda għandha l-Presidenza tal-Kunsill. Rutte kien fost dawk li appoġġja dan il-ftehim mal-Ukraina bl-argument li jiżdied il-kummerċ u jgħin biex l-ekonomija u d-demokrazija fl-Ukraina jkunu stabbilizzati.

Fl-2005, l-Olanda qanqlet kriżi oħra fl-UE hekk kif ħafna mill-votanti ma aċċettawx il-kostituzzjoni l-ġdida tal-UE. Din kellha tiġi emendata iżda ma reġgħetx kienet miftuħa għall-vot. Minn dak inhar ’l hawn, l-entużjażmu għall-UE bired aktar fl-Olanda.

Mhux ċar x’se jiġri jekk l-Olanda ma tirratifikax il-ftehim mal-Ukraina. Tibdil fil-ftehim jeħtieġ negozjati ġodda u ratifikazzjoni mill-ġdid mit-28 kap ta’ stat tal-UE.  Uffiċċjali tal-UE qed jgħidu li x’aktarx l-aħjar soluzzjoni hija li l-ftehim jibqa’ fis-seħħ b’mod temporanju, għalkemm b’dan il-mod aktar gvernijiet jistgħu joħorġu minn dan il-ftehim.

Vot le jista’ jfisser li l-Ukreni ma jiksbux aċċess biex jidħlu fil-UE mingħajr visa. Din it-talba, li ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea għad trid tiġi approvata mill-Istati Membri kollha, inkluż l-Olanda.

 

 

JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE

L-Olanda vvotat kontra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina f’referendum fejn 61% tal-elettorat kienu kontra u 38% ivvotaw favur il-ftehim ...
Read More

MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż Francios Villeroy de Galhau qal li se jżid l-impenn tiegħu biex jinħoloq Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro ...
Read More

JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA

Madwar 4,000 ċittadin tal-UE siefer lejn is-Sirja u l-Iraq biex jissieħeb mal-Istat Iżlamiku. 30% reġgħu lura fir-residenza tagħhom f’pajjiż Ewropew ...
Read More

ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE  SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni Ewropea hux se tħabbar linji gwida dettaljati dwar l-iskema tar-rilokazzjoni tas-Sirjani li bdiet ...
Read More

JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA

Id-defiċit pubbliku ta’ Spanja tela’ għal 5.16% tal-PGD, kważi punt sħiħ ta’ persentaġġ ogħla mill-mira stabbilita fuq livell Ewropew. Dan ...
Read More

IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI

Il-Gvern Ġermaniż ippreżenta abbozz tal-baġit għall-2017, li jbassar żjieda fin-nefqa li tirrifletti ż-żjieda fid-dħul. Peress li fl-2017 se ssir l-elezzjoni ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI

L-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet fuq iż-żewġ mexxejja Libjani. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar li Aguila Saleh, il-President tal-Kunsill tad-Deputati fil-Libja, għadu ...
Read More

JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA

Is-sentiment pożittiv dwar l-ekonomija fiż-żona ewro jidher li reġa’ naqas, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ kunfidenza li qed iħossu l-konsumaturi u ...
Read More

L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE

L-Isvizzera saret it-tielet l-akbar pajjiż b’kummerċ mal-Unjoni Ewropea. L-akbar ‘trading partners’ tal-UE fl-2015 kienu l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isvizzera qabżet ...
Read More

L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA

Il-kummerċ  bejn l-Indja u l-UE laħħaq il-€102 biljun fl-2015. L-esportazzjoni tal-UE lejn l-Indja laħqet it-€38.1 biljun filwaqt li l-esportazzjoni tal-Indja ...
Read More

PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA

L-Ewropa mżejna b’arkitettura mill-isbaħ u teżori artistiċi. Ruma msemmija ħafna minħabba l-Kolossew, il-Panteon, La Fontana di Trevi, i Fori Romani, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment