L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant intervjena fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar rapport dwar il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’. Huwa nnota li jekk wieħed jieħu l-moviment Bauhaus ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija bħala mudell huwa approċċ tajjeb. Madankollu, il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ teħtieġ li tipprovdi aktar definizzjoni u ċarezza, u jeħtieġ ukoll li tingħata finanzjament separat u trasparenti, saħaq Sant.

Imnedija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2020, il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ (New European Bauhaus – NEB) hija inizjattiva kreattiva u interdixxiplinarja bbażata fuq is-sostenibbiltà, l-estetika u l-inklużjoni soċjali. Din għandha l-għan li tgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazju tal-għajxien u l-esperjenzi taċ-ċittadini Ewropej. Il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ tappella lill-imħuħ kreattivi kollha inklużi l-artisti u l-periti biex jimmaġinaw u jibnu flimkien futur sostenibbli u inklużiv.

L-eks Prim Ministru Sant innota li fir-rapport l-irwol mistenni tal-burokrati u l-politiċi Ewropej, statali, reġjonali u lokali għadu mhux ċar biżżejjed. Huwa qal li “Ir-referenza lejn kif se jingħaqdu ma’ periti, disinjaturi, pjanifikaturi urbani, artisti u edukaturi huwa vag”. Filwaqt li faħħar l-approċċ minn isfel għal fuq li qed jiġi integrat biex jgħaqqad il-policies mal-għaqdiet kommunitarji, Sant enfasizza li se jkun hemm bżonn ta’ ħafna aktar enerġija wara l-inizjattiva kollha. “Li wieħed jassumi li din il-forza se toħroġ awtomatikament jew jekk il-politiċi u l-burokrati qed jassumu dan, probabbilment din ma tkunx qed tagħti stampa realistika tas-sitwazzjoni”, huwa wissa.

Lil hinn minn hekk, Sant irrimarka li l-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ se jkollha bżonn ħarsa aktar dettaljata lejn kif se taffettwa jew tiġi affettwata mill-forzi tas-suq.

Ir-rapport ġie adottat b’466 vot favur, 83 kontra u 55 astensjoni.


Alfred Sant: The ‘New European Bauhaus’ needs definition, clarity and funding

Labour MEP Alfred Sant intervened in the plenary of the European Parliament on a report about the ‘New European Bauhaus’. He noted that taking the post-World War I Bauhaus movement as a model is a good approach. However, the ‘New European Bauhaus’ needs to provide more definition and clarity, and it also needs separate and transparent funding, Sant stressed.

Launched by European Commission President Ursula von der Leyen in her 2020 State of the Union speech, the ‘New European Bauhaus’ (NEB) is a creative and interdisciplinary initiative based on sustainability, aesthetics and social inclusionIt aims to connect the European Green Deal to the European citizens’ living space and experiences. The ‘New European Bauhaus’ calls on all creative minds including artists and architects to imagine and build together a sustainable and inclusive future.

Former Prime Minister Sant noted that in the report the expected role of the European, state, regional and local bureaucrats and politicians remains diffuse. “How they will interface with architects, designers, urban planners, artists and educators is vaguely referenced”, he said. While praising the bottom-up approach being integrated to connect policies with grassroots organisations, Sant emphasised that there will be a need for a real driving force behind the whole initiative. “Assuming that this force will emerge automatically or that politicians and bureaucrats will best assume it is probably illusory”, he warned.

Beyond that, Sant pointed out that the ‘New European Bauhaus’ will need a more comprehensive view regarding how it will affect or be affected by market forces.

The report was adopted with 466 votes in favour, 83 against and 55 abstentions.

Alfred Sant: Il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ teħtieġ definizzjoni, ċarezza u finanzjament

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant intervjena fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar rapport dwar il-‘Bauhaus Ewropea l-Ġdida’. Huwa nnota li jekk wieħed jieħu ...
Read More

Sant jappella għall-kollaborazzjoni tal-gvern u s-settur privat biex jimmaniġġjaw il-provvisti tal-enerġija Ewropej

L-eks Prim Ministru u MPE Laburista Alfred Sant sostna li l-mudell li trid timxi bih l-Unjoni Ewropea għandu jkun dak ...
Read More

Alfred Sant: L-Unjoni Ewropea għandha tagħti prijorità akbar lill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran li jinsabu viċin tagħha

L-eks Prim Ministru Alfred Sant astjena fuq rapport tal-Parlament Ewropew dwar ‘Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – Aġenda ġdida għall-Mediterran’. Huwa ...
Read More

Sant jitkellem dwar l-impatti potenzjalment negattivi tar-Regolament tas-Sussidji Barranin tal-Unjoni Ewropea

Waqt skambju ta’ fehmiet dwar l-impatt fuq l-ekonomija Ewropea tar-Regolament Ġdid tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sussidji Barranin tax-Xogħol il-MPE Sant innota ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment