It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju. Din it-twissija għamilha fil-bidu ta’ dil-ġimgħa Valdis Dombrovskis, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea.

L-UE ilha tipprepara minn Diċembru 2017 għal Brexit bla ftehim. Ressqet 19-il proposta leġislattiva u ħarġet 90 rakkomandazzjonijiet għal ċittadini u għas-settur privat.

Dombrovskis issa ammetta fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li ‘mhux possibbli jilqgħu għall-effetti negattivi fuq l-ekonomija bit-tluq tar-Renju mill-UE bla ftehim.’

Il-Kummissjoni Ewropea qed iżżid l-isforzi tagħha biex tħejji għal divorzju diżordinat bejn ir-Renju Unit u l-UE. Ir-riskju ta’ tluq bla ftehim qed jiżdied ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ martu Michelle ...
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE  JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA

It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju ...
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI

Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE - Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li ...
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT

Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta ...
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA

Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, ...
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA

L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu ...
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM

Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji ...
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA

Komplew jonqsu l-għadd ta’ priġunieri fil-ħabsijiet fl-Ewropa . Ir-Russja għandha l-akbar għadd ta’ priġunieri b’418.3 prġunier minn kull 100,000 tal-popolazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment