Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji l-oħra li jħammġu l-arja huma Power Stations. Seba’ minn dawn il-Power Stations jinsabu fil-Ġermanja.
L-akbar tniġġiż ġej mill-Power Station f’Belchatow fil-Polonja.
L-emissjonijiet tal-linji tal-ajru komplew jiżdiedu. Fl-2018 żdiedu b’4.9% fuq is-sena ta’ qabel. Dawn l-emissjonijiet żdiedu b’26.3% fuq l-aħħar ħames snin.
Ryanair żiedet l-emissjonijiet b’6.9% fl-2018 fuq is-sena ta’ qabel u b’49% fuq il-ħames snin ta’ qabel.
Minn naħa tagħha Ryanair qalet li hija l-aktar linja tal-ajru nadifa u li tirrispetta l-ambjent naturali.
Sadanittant il-magazine Which? iddeskriva lil Ryanair bħala l-agħar linja tal-ajru għas-sitt sena wara l-oħra. Il-kumpanija tal-ajru ibbażata f’Dublin ġabet l-agħar marki fuq ‘boarding’, ikel u xorb, kumdita` fuq is-seat u ambjent tal-cabin crew.

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA
Read More
Post a comment