Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE – Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li s-sorveljanza ssir mill-ajru u mal-gwardji tal-kosta Libjani. Deċiżjoni li niżlet tajjeb mal-Italja iżda li qed tqajjem is-suspett li l-missjoni mhux se tibqa’ daqstant effettiva.
Il-mandat tal-missjoni tal-UE fil-Mediterran jinvolvi l-qbid tat-traffikanti tal-persuni, l-implimentazzjoni ta’ embargo fuq l-armi ’l barra mill-kosta Libjana u l-ġbir ta’ informazzjoni fuq l-esportazzjoni illegali taż-żejt. Mingħajr flotta dan il-mandat mhux se jkun qed jiġi implimentat mija fil-mija.
Il-missjoni tal-UE kienet se tiskadi f’Marzu u kien jeħtieġ unanimita` mill-istati membri għat-tiġdid tagħha.
Id-deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini hedded kemm-il darba li kien se jopponi t-tiġdid tal-missjoni jekk ma jkunx hemm tibdil fir-regoli – pereżempju billi l-immigranti salvati jitqassmu fl-istati membri kollha.
L-immigranti salvati s’issa kienu jinżlu l-Italja. Stati Membri oħra ma wrewx ħeġġa biex jieħdu l-immigranti. It-tiftix u s-salvataġġ mhix parti formali tal-missjoni iżda l-vapuri taħt il-liġi marittima internazzjonali huma fl-obbligu li jagħmlu dan. It-taħdidiet biex jitqassmu l-immigranti b’mod ekwu bejn l-istati membri mistennija jitkomplew fix-xhur li ġejjin.

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA
Read More
Post a comment