L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu messaġġ kredibbli għax jorbot ma’ kif żviluppaw l-affarijiet taħt tmexxija soċjalista f’Malta fis-snin li għaddew, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.
Dawk li jogħxew meta jisimgħu MEPs Maltin u Ewropej jikkritikaw u jikkundannaw lill-Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt jagħlqu ħalqhom dwar il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-fatt li Malta ma daħħlitx l-abort. Dawn ma jikkummentawx meta jirrealizzaw li bil-ġudizzji tiegħu, il-Parlament Ewropew jikkundanna wkoll lil Malta għax ma daħħlitx l-abort.
“Dawk il-Maltin li jxewxu lill-Parlamentari Ewropej dwar is-saltna tad-dritt f’Malta qed iwittu t-triq biex il-biċċa tal-abort tinfetaħ fostna mill-Ewropej. Dawk il-barranin li qed jagħtuhom palata biex il-kwistjoni tas-Saltna tad-Dritt tibqa’ titqanqal, malajr jistgħu jduru fuqhom u jgħidulhom: Isimgħu, dan kif dwar is-Saltna tad-Dritt fil-każ tat-tmexxija tal-gvern il-ħin kollu timbuttaw, imma dwar l-abort ma ssemmu xejn?” qal Alfred Sant.
Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=eM_AEslWe3Q

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA
Read More
Post a comment