Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor (Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja, Kroazja, Danimarka, Svezja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja u Irlanda) nidew l-inizjattiva ‘Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE’. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tgħin lil madwar 2, 700 gżira li jinsabu fl-UE biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-użu ta’ enerġija nadifa.

Din l-inizjattiva tgħin lil gżejjer biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjoni tal-enerġija bħaż-żejt billi jagħmlu użu aħjar ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli bħax-xemx u r-riħ. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ sistemi innovattivi u moderni. L-inizjattiva se tara liema huma l-problemi komuni tal-gżejjer u se tibni fuq proġetti piloti. Parti mill-iskema għandha l-għan li tagħmel l-aċċess għal teknoloġiji moderni u għal fondi aktar faċli.

L-inizjattiva se toħloq forum fejn dawk interessati fil-bidla lejn l-enerġija nadifa fil-gżejjer tal-UE jaqsmu l-ideat u jagħtu l-appoġġ lil xulxin. B’hekk jinħoloq qafas stabbli għall-assistenza teknika.

 

PUTIN U MACRON JILTAQGĦU F’VERSAILLES

Vladimir Putin qal lill-President il-ġdid Franċiż li r-Russja u Franza għandhom opinjonijiet differenti dwar l-Ukraina u s-Sirja iżda insista li ...
Read More

MA JARAWX GĦAJN B’GĦAJN DWAR IR-RUSSJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk stqarr li l-opinjoni tal-UE dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja ma taqbilx ma’ dik tal-Istati Uniti. “Ma ...
Read More

GŻEJJER U REĠJUNI TAL-UE GĦANDHOM JIĠU EŻENTATI MIR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

Il-gżejjer u reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eżentati kompletament mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE meta dawn japplikaw għal sussidji u għajnuniet tal-istat ...
Read More

 ENERĠIJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor (Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja, Kroazja, Danimarka, Svezja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW SE JKOMPLI JITFA’ L-FLUS FIS-SUQ

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li l-bank se jissokta l-programm ta’ quantitative easing, programm li permezz tiegħu ...
Read More

L-EWROPEJ IRIDU KOOPERAZZJONI MAT-TURKIJA

Il-mexxejja Ewropej qalu lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan li l-UE tixtieq tibqa’ tikkoopera ma’ Ankara. Dan minkejja li r-relazzjonijiet bejn ...
Read More

L-UE TITLOB WAQFIEN MILL-ĠLIED FIL-LIBJA

Inkiser il-waqfien mill-ġlied u reġa’ ssokta l-inkwiet fi Tripli. Is-Settur tal-Azzjoni Esterna tal-UE (EEAS) qed jitlob lil fazzjonijiet differenti Libjani ...
Read More

GRAWND TAL-FUTBOL FI BRATISLAVA BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan tal-Gvern Slovakk għal għajnuna tal-istat biex jinbena grawnd tal-futbol ġdid fi Bratislava. L-għajnuna statali  tammonta għal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment