Il-mexxejja Ewropej qalu lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan li l-UE tixtieq tibqa’ tikkoopera ma’ Ankara. Dan minkejja li r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija ddeterjoraw wara l-attentat kolp ta’ stat fit-Turkija f’Lulju tal-2016.

“L-UE u t-Turkija jridu u se jibqgħu jikkooperaw flimkien. Kwistjonijiet importanti b’interess komuni kienu diskussi fid-dettall f’atmosfera kostruttiva”, qal kelliem tal-Kummissjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk qal li poġġa l-kwistjoni tad-drittijiet umani fil-qalba tad-diskussjonijiet.

Fid-diskussjonijiet issemmiet l-importanza favur kooperazzjoni kontra t-terroriżmu, kif ukoll dwar il-ftehim bejn l-UE u t-Turkija rigward l-immigrazzjoni ffirmat f’Marzu tal-2016.

Erdogan kellu laqgħa ta’ 40 minuta mal-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Wara kellu laqgħa oħra ta’ 30 minuta ma’ Juncker biss.

 

PUTIN U MACRON JILTAQGĦU F’VERSAILLES

Vladimir Putin qal lill-President il-ġdid Franċiż li r-Russja u Franza għandhom opinjonijiet differenti dwar l-Ukraina u s-Sirja iżda insista li ...
Read More

MA JARAWX GĦAJN B’GĦAJN DWAR IR-RUSSJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk stqarr li l-opinjoni tal-UE dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja ma taqbilx ma’ dik tal-Istati Uniti. “Ma ...
Read More

GŻEJJER U REĠJUNI TAL-UE GĦANDHOM JIĠU EŻENTATI MIR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

Il-gżejjer u reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eżentati kompletament mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE meta dawn japplikaw għal sussidji u għajnuniet tal-istat ...
Read More

 ENERĠIJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor (Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja, Kroazja, Danimarka, Svezja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW SE JKOMPLI JITFA’ L-FLUS FIS-SUQ

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li l-bank se jissokta l-programm ta’ quantitative easing, programm li permezz tiegħu ...
Read More

L-EWROPEJ IRIDU KOOPERAZZJONI MAT-TURKIJA

Il-mexxejja Ewropej qalu lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan li l-UE tixtieq tibqa’ tikkoopera ma’ Ankara. Dan minkejja li r-relazzjonijiet bejn ...
Read More

L-UE TITLOB WAQFIEN MILL-ĠLIED FIL-LIBJA

Inkiser il-waqfien mill-ġlied u reġa’ ssokta l-inkwiet fi Tripli. Is-Settur tal-Azzjoni Esterna tal-UE (EEAS) qed jitlob lil fazzjonijiet differenti Libjani ...
Read More

GRAWND TAL-FUTBOL FI BRATISLAVA BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan tal-Gvern Slovakk għal għajnuna tal-istat biex jinbena grawnd tal-futbol ġdid fi Bratislava. L-għajnuna statali  tammonta għal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment