L-Unjoni Ewropea trid tagħmel sforz politiku kbir ta’ konsolidament u telimina l-iżbilanċi reġjonali u nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod biss l-Unjoni tista’ tikseb lura l-enerġija tal-ewwel tletin sena mit-twelid tagħha, qal Alfred Sant waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li se tkun addottata din il-ġimgħa mill-mexxejja Ewropej.

“Fl-ewwel tletin sena, l-UE kisbet ħafna mill-għanijiet tagħha, l-aktar dak li tiżgura l-paċi fl-Ewropa tal-Punent permezz ta’ integrazzjoni ekonomika. Fit-tletin sena li ġew wara, l-UE kompliet tikber u trabbi għeruq fil-fond. Dan wassal għal staġnar u paraliżi parzjali. L-istrutturi l-ġodda ta’ għaqda u kontroll li nħolqu wrew li ma setgħux ilaħħqu mal-inkwiet politiku, ekonomiku u demografiku. Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma għandha tagħraf din ir-realta`. Ir-rettorika ta’ 30 sena ilu m’għadhiex tagħmel sens illum.

Internament, il-proġett Ewropew sar jitmexxa minn prinċipji neoliberali. Miljuni ta’ ċittadini fl-UE jħossuhom maqtugħin mill-proġett Ewropew jew iħossuhom ostili lejh. L-aspettattivi tagħhom ta’ aktar sigurta` u livell ta’ għixien aħjar komplew iddgħajfu bl-awsterita` u bil-politika li ma indirizzatx il-prijoritajiet ta’ ħajjithom. Żdiedu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-istati membri tal-UE.” saħaq Dr Sant.

Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma tagħlaq perjodu ta’ riflessjoni li beda fi Bratislava, f’Settembru 2016, eżatt wara l-BREXIT.

KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA

Bit-tama li fil-25 ta’ Marzu f’Ruma jkun hemm qbil mis-27 stat membru tal-UE qed jiġi emendat id-dokument finali dwar il-politika tal-Unjoni ...
Read More

IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM

L-Unjoni Ewropea trid tagħmel sforz politiku kbir ta’ konsolidament u telimina l-iżbilanċi reġjonali u nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod biss ...
Read More

FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA

L-istati membri tal-UE ġeddew il-wiegħda tagħhom li jimplimentaw id-deċiżjonijiet li ntlaħqu f’Malta biex tissokta l-ħidma li twaqqaf l-immigranti milli jitilqu ...
Read More

IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%

Kontenut radikali online naqas drastikament, kważi b’90%, wara interventi mill-Europol biex il-ġganti tal-Internet jiġġieldu ir-radikaliżmu.  Il-Kummissjoni Ewropea qalet li minkejja ...
Read More

MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016

Is-sena l-oħra 1.2 miljun ruħ applikaw għall-ażil f’pajjiżi tal-UE. Immigranti mis-Sirja, l-Afganistan u l-Iraq applikaw għall-protezzjoni internazzjonali. 6 minn kull ...
Read More

KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`

Alfred Sant qal li Malta hija pajjiż newtrali u mhux se jaqbel li tieħu sehem fil-politika Ewropea ta’ difiża u ...
Read More

ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea  jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u ...
Read More

DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN

Liġi Ewropea proposta dwar it-trobbija tal-fniek tmur kontra l-interessi tal-operaturi tat-trobbija tal-fniek fl-istati membri żgħar tal-UE li diġa` għandhom kompetizzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment