Liġi Ewropea proposta dwar it-trobbija tal-fniek tmur kontra l-interessi tal-operaturi tat-trobbija tal-fniek fl-istati membri żgħar tal-UE li diġa` għandhom kompetizzjoni inġusta minn operaturi fi stati membri kbar u anke minn operaturi fi stati mhux membri tal-UE. Jekk dawk li jrabbu l-fniek fi stati żgħar jiġu mġiegħla josservaw regolamenti u kontrolli ġodda, il-kompetittivita` tagħhom se tkompli titnaqqsilhom. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta spjega r-riżervi tiegħu favur il-vot dwar il-mozzjoni “Standards minimi għall-protezzjoni tal-fniek fl-irziezet.”
“Ma naqbilx li tidħol liġi Ewropa li tirregola t-trobbija kummerċjali tal-fniek. Mhux aċċettabbli li dawn l-operaturi żgħar jiġu f’dis-sitwazzjoni. Dawk li jrabbu l-fniek fi stati Ewropej żgħar diġa` qed iġarrbu x-xokkijiet ta’ suq dejjem jiċkien kif ukoll kompetizzjoni inġusta, inkluż minn operaturi tal-fniek mhux fl-Unjoni Ewropea. Il-konsum tal-laħam tal-fenek huwa tajjeb għas-saħħa. Allura minflok nikkunsidraw aktar regolamenti fuq setturi ta’ skala żgħira, jkun aħjar li noħolqu miżuri ġodda, nazzjonali u Ewropej, li jippromwovu din l-attivita`,” irrimarka Dr Sant.
Il-mozzjoni tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tfassal l-abbozz ta’ liġi li tistipula l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-fniek tal-irziezet. Dan jista’ jkun l-ewwel pass lejn il-projbizzjoni tat-trobbija tal-fniek fil-gaġeġ bħalma sar dwar il-produzzjoni tat-tiġieġ.
“Jien favur miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-fniek imrobbija għall-kummerċ tal-laħam tagħhom. Imma kontra liġi Ewropea komuni li tirregola t-trobbija kummerċjali tal-fniek. Dawn ir-regoli jagħtu vantaġġ kummerċjali lill-intrapriżi l-kbar għad-dannu tan-negozjant iż-żgħir, speċjalment fi stati membri żgħar fejn dan il-kummerċ isir fuq skala ta’ familja.”
Il-fniek huma r-raba’ l-aktar annimal imrobbi fid-dinja, b’madwar 340 miljun fenek jinqatlu fis-sena fl-Unjoni Ewropea.

KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA
Read More

IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM
Read More

FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA
Read More

IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%
Read More

MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016
Read More

KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`
Read More

ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE
Read More

DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN
Read More
Post a comment