Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u juru s-soluzzjonijiet tagħhom fuq livell Ewropew. Il-KE ippubblikat l-ewwel rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ ‘Azzjoni Preparatorja’ biex il-gżejjer jibdew jipproduċu l-elettriku tagħhom minn sorsi nodfa u jsiru awtonomi kemm jistgħu fil-provvista tal-enerġija. Jekk jirnexxi dal-proġett isir strument permanenti tal-UE.
Il-proġett kien propost f’Awwissu li għadda minn Alfred Sant bl-appoġġ tal-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula (S&D) u l-Ewroparlamentari Sqalli Michele Giuffrida (S&D).
Il-Kummissjoni ppubblikat il-proġetti pilota u l-‘Azzjonijiet Preparatorji’ għall-baġit tal-UE tal-2017 fosthom id-dokument “Strengthening cooperation on climate action among islands within and beyond the EU through the creation of an island identity within the Global Covenant of Mayors.” Dan kien approvat bħala parti mill-baġit tal-2017 u se jkun implimentat f’perijodu ta’ sentejn.
Il-Kummissjoni se taħdem viċin l-awtoritajiet lokali ta’ stati membri u gżejjer bl-għan li l-inizjattiva tingħata spinta u timxi ’l quddiem. Se jitwaqqaf forum dwar il-ħolqien tal-enerġija fil-gżejjer Ewropej biex jinqasam l-għarfien u anki l-esperjenzi lill-gżejjer infushom.

KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA
Read More

IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM
Read More

FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA
Read More

IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%
Read More

MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016
Read More

KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`
Read More

ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE
Read More

DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN
Read More
Post a comment