L-istati membri tal-UE ġeddew il-wiegħda tagħhom li jimplimentaw id-deċiżjonijiet li ntlaħqu f’Malta biex tissokta l-ħidma li twaqqaf l-immigranti milli jitilqu mil-Libja. Il-Polonja biss ma kinitx involuta f’dan il-pass bi protesta kontra l-ħatra mill-ġdid ta’ Donald Tusk bħala President tal-Kunsill Ewropew.
Fis-Summit ta’ Malta ġie deċiż li l-UE tħarreġ il-gwardji tal-kosta Libjani. Qablu wkoll li jagħtu l-appoġġ u jiffinanzjaw pajjiżi ġirien tal-Libja jwaqqfu l-immigranti milli jiġu lejn l-Ewropa.
Il-Kummissjoni nediet dokument li jirrinforza l-politika tar-ritorn tal-immigranti. L-istati membri jixtiequ li jintlaħaq qbil dwar il-prinċipju ta’ solidarjeta` u l-iproċessar tat-talbiet tal-ażil mill-istati membri taħt il-Presidenza Maltija. Iċ-ċentru tal-Mediterran qed jiddomina d-diskussjonijiet minħabba l-problemi tal-immigrazzjoni.
Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy qal li l-ħidma għandha tinfirex ukoll fuq il-Punent tal-Mediterran.

KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA
Read More

IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM
Read More

FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA
Read More

IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%
Read More

MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016
Read More

KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`
Read More

ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE
Read More

DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN
Read More
Post a comment