Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar li se jestendi l-programm li jixtri kull xahar €80 biljun ta’ ċedoli ta’ self tal-gvernijiet. Il-programm li kellu jieqaf f’Marzu ta’ din is-sena se jkun estiż sa Diċembru 2017 u kull xahar il-BĊE se jkun qed jixtri sa €60 biljun. Il-President Mario Draghi qal li b’dan il-mod il-Bank Ċentrali Ewropew se jibqa’ jkollu preżenza konsistenti fis-swieq.

Draghi qal li dan il-programm jista’ jkun estiż u aġġustat skont il-bżonn. L-għan hu li l-inflazzjoni titla’ qrib it-2% u l-ekonomija taż-żona ewro tibqa’ tirpilja. Draghi  huwa konxju li s-settur ekonomiku għadu sensittiv u l-kamp politiku mimli inċertezza: “Ħares lejn il-kalendarju tal-elezzjonijiet li se jsiru fl-Ewropa, lejn il-livell ta’ tkabbir fil-kumplament tad-dinja u lejn ċerti swieq finanzjarji.” qal Draghi biex jiġġustifika d-determinazzjoni tal-BĊE li jkun ippreparat għal kull eventwalita`.

Il-programm tal-BĊE ippompja biljuni ta’ ewro fl-ekonomiji. Dan biex ifuru l-bejgħ u x-xiri, jogħlew il-prezzijiet u jiċċaqlaq l-investiment. Kif imbassar il-valur tal-ewro niżel meta mqabbel ma’ muniti oħra imma l-prezzijiet u l-investiment ftit li xejn iċċaqilqu. Għalkemm għadha sensittiva, l-ekonomija taż-żona ewro bdiet tirpilja, minkejja li bil-mod. Qed ikun imbassar li l-inflazzjoni għal din is-sena se tlaħħaq il-1.3%.

 

F’BAĦAR WIEĦED

Il-Gvern Malti beda bil-ħidma tiegħu biex imexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. L-isfida li għandha quddiemha Malta ...
Read More

JIPPOMPJA BILJUNI TA’ EWRO FL-EKONOMIJA EWROPEA

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar li se jestendi l-programm li jixtri kull xahar €80 biljun ta’ ċedoli ta’ self tal-gvernijiet ...
Read More

L-IMPJIEGI, L-IMMIGRAZZJONI U S-SIGURTA` L-AKTAR IMPORTANTI

45% tal-Ewropej jemmnu li l-qgħad huwa l-ikbar sfida li għandha l-Ewropa, skont stħarriġ tal-Eurobarometer li sar fit-28 stat membru. 36% ...
Read More

IRID IKUN PRESIDENT INKLUSSIV TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-kap tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew (S&D)  jixtieq dibattitu miftuħ bejn il-gruppi politiċi kollha tal-Parlament u jixtieq ikun president inklussiv ...
Read More

EKWIPAĠĠI MULTI-NAZZJONALI GĦALL-FRONTEX

Frontex, l-aġenzija li tgħasses il-fruntieri Ewropej minn din is-sena bdiet tuża ekwipaġġi multi-nazzjonali fl-operazzjonijiet marittimi tagħha. Frontex talbet lill-istati membri u lill-pajjiżi tax-Schengen ...
Read More

€381 MILJUN KONTRA L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI

L-Unjoni Ewropea ikkommettiet €380 miljun biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari mill-għeruq tagħha f’partijiet tal-Afrika. Il-proġetti li se jitwettqu se jkunu ffinanzjati ...
Read More

MALTA TIFFOKA FUQ IS-SUD TAL-MEDITERRAN

Malta bdiet tagħti l-appoġġ tagħha lir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini favur tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ġirien tagħna fis-Sud ...
Read More

€270 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ffirmat kuntratt ta’ €279 miljun ewro għal bini u t-tagħmir ta’ 100 skola għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment