Il-kap tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew (S&D) jixtieq dibattitu miftuħ bejn il-gruppi politiċi kollha tal-Parlament u jixtieq ikun president inklussiv li jagħti spazju lil Ewroparlamentari kollha. Din il-ġimgħa Gianni Pittella ppreżenta l-ideat tiegħu jekk ikun elett President il-ġdid tal-PE. Pittella jixtieq ftehim bejn l-istituzzjonijiet biex l-Ewroparlamentari jkollhom aċċess għal dokumenti importanti.
Il-Kap tal-S&D irid li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kumitati tal-PE u jappoġġja l-idea li 40% tal-pożizzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni tal-Parlament ikunu meħuda min-nisa. Pittella jemmen li l-uffiċċji ta’ informazzjoni tal-PE jridu jkunu estiżi u msaħħa fit-28 pajjiż membru. Hu jrid li jkunu organizzati konferenzi internazzjonali ma’ NGOs, assoċjazzjonijiet u maċ-ċittadini fuq temi bħal kultura Ewropea, is-sistema finanzjarja, it-tibdil tal-klima u l-enerġija. Pittella jrid kampanja ta’ informazzjoni li jkollha l-għan li turi l-ħidma tal-Ewroparlamentari u tagħmilhom aktar viżibbli.
Nhar it-tlieta 17 ta’ Jannar ikun elett il-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew li se jieħu post Martin Schultz. It-Taljani qed jiddominaw din it-tellieqa hekk kif minn 7 kandidati, 4 minnhom mill-pajjiż ġar tagħna.
Iż-żewġ favoriti għal kariga huma Antonio Tajani (PPE) u Gianni Pittella (S&D). Skont ir-regoli interni tal-Parlament Ewropew, fl-eventwalita` li żewġ kandidati jġibu l-istess numru ta’ voti fir-raba’ round, l-ixjeħ kandidat jieħu l-kariga. Din ir-regola tista’ taġevola aktar lil Tajani (mwieled fl-1953), milli lir-rival tiegħu Pittella (mwieled fl-1958). Pittella ilu jisħaq li mqar kap wieħed tal-istituzzjonijiet tal-UE ikun mill-S&D.
L-aħħar President Taljan tal-PE Taljan kien Emilio Colombo (1977-1979).

F’BAĦAR WIEĦED
Read More

JIPPOMPJA BILJUNI TA’ EWRO FL-EKONOMIJA EWROPEA
Read More

L-IMPJIEGI, L-IMMIGRAZZJONI U S-SIGURTA` L-AKTAR IMPORTANTI
Read More

IRID IKUN PRESIDENT INKLUSSIV TAL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

EKWIPAĠĠI MULTI-NAZZJONALI GĦALL-FRONTEX
Read More

€381 MILJUN KONTRA L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI
Read More

MALTA TIFFOKA FUQ IS-SUD TAL-MEDITERRAN
Read More

€270 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI
Read More
Post a comment