Il-Gvern Malti beda bil-ħidma tiegħu biex imexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. L-isfida li għandha quddiemha Malta bħala l-iżgħar pajjiż fil-Presidenza,  iġġib magħha responsabbiltajiet tekniċi, amministrattivi u politiċi. Il-Presidenza Maltija ħabtet ma’ żmenijiet ta’ inċertezzi politiċi u ekonomiċi. Matulha r-Renju Unit se tippreżenta t-talba tagħha biex toħroġ mill-UE. L-immigrazzjoni, it-terroriżmu, ir-relazzjonijiet mar-Russja, l-inċertezzi mal-Amministrazzjoni l-ġdida ta’ Trump żgur se jkomplu jżidu l-inċertezzi fil-kontinent Ewropew. In-negozjati mar-Renju Unit se jkunu kumplessi, biż-żewġ naħat jiddefendu l-interessi tagħhom. Importanti li dawn in-negozjati jiżviluppaw fl-interess taż-żewġ naħat u hawnhekk il-Presidenza Maltija se jkollha l-opportunita` li tagħti kontribut siewi.

Il-Gvern Malti għamilha ċara li f’dawn is-sitt xhur l-UE trid tkun impenjata b’ħidma realistika. Fil-Konferenza Stampa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, il-Prim Ministru Malti għamilha ċara li l-immigrazzjoni se tkun fuq quddiem fl-aġenda tal-UE fis-sitt xhur li ġejjin. Muscat saħaq dwar il-ħtieġa ta’ strateġija fit-tul dwar l-immigrazzjoni, waqt li enfasizza l-ħtieġa ta’ kontrolli fuq il-fruntieri tal-Ewropa, kemm bil-baħar u fuq l-art. Il-Prim Ministru Malti saħaq ukoll li l-partiti politiċi estremisti jiffjorixxu jekk ma jirnexxilniex inkabbru l-ġid ekonomiku u niżguraw li l-ġid jitqassam b’mod ġust.

Juncker ukoll huwa tal-fehma li l-immigrazzjoni għandha tingħata l-piż li jixirqilha u wera l-konvinzjoni tiegħu li l-Gvern Malti jista’ jagħti l-kontribut biex jintlaħaq il-progress tant meħtieġ. “Ninsabu f’baħar wieħed u qed ngħumu fl-istess direzzjoni. Malta qed tagħti enfasi lid-dimensjoni soċjali tal-UE, ħafna aktar minn Presidenzi preċedenti”, qal Juncker li faħħar lill-Gvern Malti għall-mod eċċezzjonali li ħejja għal din il-Presidenza.

L-attivita` diplomatika bejn l-istati membri tal-UE tissokta fil-ġimgħat li ġejjin. Fit-3 ta’ Frar jiltaqgħu f’Malta l-kapijiet tal-membri stati tal-UE bit-tema ewlenija tkun l-importanza li ċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea li dis-sena qed tfakkar is-sittin sena mit-twaqqif tagħha f’Ruma. Ir-realta` hi li l-pajjiżi tal-UE jinsabu f’baħar wieħed quddiem l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali li se jkomplu jiżvolġu quddiemna f’din is-sena li għadna kemm bdejna. Azzjoni kollettiva bejn l-istati membri kollha biss tista’ tegħleb l-inċertezzi li ħakmu l-Ewropa fl-aħħar snin.

F’BAĦAR WIEĦED

Il-Gvern Malti beda bil-ħidma tiegħu biex imexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. L-isfida li għandha quddiemha Malta ...
Read More

JIPPOMPJA BILJUNI TA’ EWRO FL-EKONOMIJA EWROPEA

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar li se jestendi l-programm li jixtri kull xahar €80 biljun ta’ ċedoli ta’ self tal-gvernijiet ...
Read More

L-IMPJIEGI, L-IMMIGRAZZJONI U S-SIGURTA` L-AKTAR IMPORTANTI

45% tal-Ewropej jemmnu li l-qgħad huwa l-ikbar sfida li għandha l-Ewropa, skont stħarriġ tal-Eurobarometer li sar fit-28 stat membru. 36% ...
Read More

IRID IKUN PRESIDENT INKLUSSIV TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-kap tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew (S&D)  jixtieq dibattitu miftuħ bejn il-gruppi politiċi kollha tal-Parlament u jixtieq ikun president inklussiv ...
Read More

EKWIPAĠĠI MULTI-NAZZJONALI GĦALL-FRONTEX

Frontex, l-aġenzija li tgħasses il-fruntieri Ewropej minn din is-sena bdiet tuża ekwipaġġi multi-nazzjonali fl-operazzjonijiet marittimi tagħha. Frontex talbet lill-istati membri u lill-pajjiżi tax-Schengen ...
Read More

€381 MILJUN KONTRA L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI

L-Unjoni Ewropea ikkommettiet €380 miljun biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari mill-għeruq tagħha f’partijiet tal-Afrika. Il-proġetti li se jitwettqu se jkunu ffinanzjati ...
Read More

MALTA TIFFOKA FUQ IS-SUD TAL-MEDITERRAN

Malta bdiet tagħti l-appoġġ tagħha lir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini favur tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ġirien tagħna fis-Sud ...
Read More

€270 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ffirmat kuntratt ta’ €279 miljun ewro għal bini u t-tagħmir ta’ 100 skola għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment