Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) huwa ottimist dwar it-tkabbir taż-Żona Ewro għas-sena 2017 u qed tbassar tkabbir ta’ 1.9% tal-Prodott Gross Nazzjonali (PGN), imqabbel mal-1.7% fl-aħħar tbassir ekonomiku tat-18 ta’ April li għadda. It-tbassir tal-IMF, ibbażat f’Washington, huwa ftit ogħla mill-istess tbassir tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju.
L-IMF bassret aktar tkabbir għall-Ġermanja u Franza għal 1.8% (+0.2 punti) u 1.5% (+0.1 punti) rispettivament għal dis-sena.
Il-Fond qal li t-tkabbir ekonomiku huwa ġustifikat minn “sorpriżi pożittivi” bit-tkabbir u d-domanda domestika fl-ewwel kwart tas-sena ogħla minn dak antiċipat. It-tkabbir taż-żona Ewro fl-2018, iżda, se jkun ftit anqas b’1.7% tal-Prodott Gross Nazzjonali.
L-inċertezza fin-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE, wasslet lill-IMF biex tnaqqas it-tbassir ekonomiku għar-Renju Unit għal 1.7%, imqabbel mat-tbassir ta’ 2.0% f’April li għadda. It-tkabbir fir-Renju Unit mistenni jinżel għal 1.5% tal-PGN, skont it-tbassir tal-IMF.
OPRI TAL-ARTI JIFFINANZJAW IT-TERRORIŻMU
Read More
L-IMF OTTIMISTA DWAR IT-TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
WARA SETTEMBRU JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET DWAR MINISTRU TAL-FINANZI EWROPEW
Read More
TRUMP IRID JINTAXXA L-AZZAR EWROPEW
Read More
IR-RENJU UNIT IRID ISAĦĦAĦ IL-KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI WARA L-BREXIT
Read More
JINTENSIFIKA D-DJALOGU MAR-RUSSJA, MINKEJJA D-DIFFERENZI
Read More
IL-GREĊJA SSAĦĦAĦ IL-FINANZI PUBBLIĊI
Read More
EMENDI TA’ ALFRED SANT DWAR ‘COVERED BONDS’ APPROVATI FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
Post a comment