Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni emendata minn Alfred Sant, Shadow Rapporteur f’isem S&D fuq ‘Covered Bonds’ li tressqet bħala preparazzjoni għall-miżura leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea li mistennija tkun ippubblikata fl-ewwel kwart tal-2018.  ‘Covered Bonds’ huma ċedoli ta’ self maħruġa mis-settur privat ibbażati l-aktar fuq ġabra ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ propjeta` bin-nifs u ċedoli ta’ self mill-gvernijiet. Il-“Covered Bonds” għadhom ma jintużawx f’Malta imma qed jinfirxu mal-Ewropa, waqt li f’pajjiżi bħall-Ġermanja u d-Danimarka ilhom jintużaw għall-aħħar żewġ sekli b’suċċess kbir. Fuq livell Ewropew, ma hemmx qafas legali għal ‘Covered Bonds’ u huma ħafna drabi regolati fuq livell nazzjonali.

Dr Sant qal li d-Direttiva għandha tirrispetta l-kisbiet tas-swieq nazzjonali.

“Kull inizjattiva li tittieħed fil-futur mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-‘Covered Bonds’ għandha tipprovdi soluzzjoni bilanċjata u armonizzazzjoni minima tal-qafas nazzjonali f’livell Ewropew.  Bħala Shadow Rapporteur fuq dan ir-rapport, ivvotajt favur fuq dawn il-fehimiet: L-ewwel nett, fil-pass lejn il-Capital Markets Union (CMU) kien ikun inkonċepibbli li ma jingħatax spazju lil ‘Covered Bonds’. L-Unjoni tas-Swieq Kapitali mhux bilfors trid tkun applikata fuq bażi ta’ one-size-fits-all; imma ma jistax ikollha ħafna xquq fl-istruttura tagħha, u dan ikun il-każ jekk il-‘Covered Bonds’ ma jkunux inklużi fl-operazzjonijiet tagħha.

It-tieni punt, Direttiva ta’ dan it-tip tistabilixxi definizzjoni ċara li tħares l-identita` tal-‘Covered Bonds’; ma jisfurzax wisq dettalji li jkunu applikati tul swieq nazzjonali differenti u jirrikonoxxi s-sistemi nazzjonali li ilhom imwaqqfa għal ħafna żmien u li ilhom jaħdmu tajjeb sa issa, mingħajr ma jfixkilhom.

It-tielet punt, Direttiva hija ta’ benefiċċju għall-istati membri li għad ma għandhomx suq bħal dan jew li għadu mhux żviluppat sew.” qal Dr Sant.

Ir-riżoluzzjoni kienet approvata b’543 voti favur, 99 kontra u 56 astenzjoni.

 

OPRI TAL-ARTI JIFFINANZJAW IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi regoli ġodda biex titwaqqaf l-importazzjoni illegali u t-traffikar ta’ oġġetti kulturali minn barra l-UE, li sikwit ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IT-TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) huwa ottimist dwar it-tkabbir taż-Żona Ewro għas-sena 2017 u qed tbassar tkabbir ta’ 1.9% tal-Prodott Gross ...
Read More

WARA SETTEMBRU JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET DWAR MINISTRU TAL-FINANZI EWROPEW

Waqt laqgħa bejn il-Kunsill tal-Ministri Franċiżi u Ġermaniżi, il-Kanċilliera Angela Merkel qalet li lesta tiddiskuti il-futur tal-Għaqda Ekonomika u Monetarja ...
Read More

TRUMP IRID JINTAXXA L-AZZAR EWROPEW

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li se jintaxxa l-azzar li dieħel f’pajjiżu mill-Unjoni Ewropea u akkuża l-Unjoni li hija ...
Read More

IR-RENJU UNIT IRID ISAĦĦAĦ IL-KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI WARA L-BREXIT

Is-Segretarju tal-Istat Britanniku għal kummerċ internazzjonali Liam Fox bħalissa għaddej f’taħdidiet mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Robert Lighthizer f’Washington dwar ftehim ...
Read More

JINTENSIFIKA D-DJALOGU MAR-RUSSJA, MINKEJJA D-DIFFERENZI

Minkejja d-differenzi, l-Unjoni Ewropea se tibqa’ fi djalogu mar-Russja u se tibqa’ tikkoopera fejn hu possibbli għal paċi u għal ...
Read More

IL-GREĊJA SSAĦĦAĦ IL-FINANZI PUBBLIĊI

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Kunsill biex tagħlaq il-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv għal Greċja. Dan wara l-isforzi tal-aħħar snin biex il-Greċja ...
Read More

EMENDI TA’ ALFRED SANT DWAR ‘COVERED BONDS’ APPROVATI FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni emendata minn Alfred Sant, Shadow Rapporteur f’isem S&D fuq ‘Covered Bonds’ li tressqet bħala preparazzjoni għall-miżura ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment