Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Kunsill biex tagħlaq il-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv għal Greċja. Dan wara l-isforzi tal-aħħar snin biex il-Greċja ssaħħaħ il-finanzi pubbliċi tagħha u timplimenta il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilita`. Dawn l-isforzi fissru dħul ta’ aktar miżuri ta’ awsterita`. Jekk il-Kunsill jimxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tliet membri biss jibqgħu taħt il-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv – Franza, Spanja u r-Renju Unit.

Il-Viċi-President Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali qal, “Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna huma sinjal ta’ stabilita` u rkupru ekonomiku. Nistieden lil Greċja tibni fuq dak li kisbet u ssaħħaħ il-kunfidenza fl-ekonomija tagħha.”

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici qal li dan huwa mument simboliku għall-Greċja. “Wara tant sagrifiċċji, il-pajjiż qed jaħsad dak li żera’”, qal Moscovici.

Ir-riżultati pożittivi mistennija jibqgħu lil hinn mill-2018 u d-defiċit mistenni jibqa’ ħafna inqas mil-limitu ta’ 3% li jistipulaw ir-regoli tal-UE.

Minkejja li d-defiċit qiegħed taħt kontroll, il-Greċja ngħatat ħlas ta’ 7.7 biljun Ewro dan ix-xahar bħala assistenza finanzjarja biex tħallas djun li kienu se jagħlqu.

OPRI TAL-ARTI JIFFINANZJAW IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi regoli ġodda biex titwaqqaf l-importazzjoni illegali u t-traffikar ta’ oġġetti kulturali minn barra l-UE, li sikwit ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IT-TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) huwa ottimist dwar it-tkabbir taż-Żona Ewro għas-sena 2017 u qed tbassar tkabbir ta’ 1.9% tal-Prodott Gross ...
Read More

WARA SETTEMBRU JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET DWAR MINISTRU TAL-FINANZI EWROPEW

Waqt laqgħa bejn il-Kunsill tal-Ministri Franċiżi u Ġermaniżi, il-Kanċilliera Angela Merkel qalet li lesta tiddiskuti il-futur tal-Għaqda Ekonomika u Monetarja ...
Read More

TRUMP IRID JINTAXXA L-AZZAR EWROPEW

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li se jintaxxa l-azzar li dieħel f’pajjiżu mill-Unjoni Ewropea u akkuża l-Unjoni li hija ...
Read More

IR-RENJU UNIT IRID ISAĦĦAĦ IL-KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI WARA L-BREXIT

Is-Segretarju tal-Istat Britanniku għal kummerċ internazzjonali Liam Fox bħalissa għaddej f’taħdidiet mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Robert Lighthizer f’Washington dwar ftehim ...
Read More

JINTENSIFIKA D-DJALOGU MAR-RUSSJA, MINKEJJA D-DIFFERENZI

Minkejja d-differenzi, l-Unjoni Ewropea se tibqa’ fi djalogu mar-Russja u se tibqa’ tikkoopera fejn hu possibbli għal paċi u għal ...
Read More

IL-GREĊJA SSAĦĦAĦ IL-FINANZI PUBBLIĊI

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Kunsill biex tagħlaq il-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv għal Greċja. Dan wara l-isforzi tal-aħħar snin biex il-Greċja ...
Read More

EMENDI TA’ ALFRED SANT DWAR ‘COVERED BONDS’ APPROVATI FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni emendata minn Alfred Sant, Shadow Rapporteur f’isem S&D fuq ‘Covered Bonds’ li tressqet bħala preparazzjoni għall-miżura ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment